Kurżitajiet
Daqshekk skumdità għall-ommijiet li qed ireddgħu

Serħan u aktar flessibiltà għall-ommijiet li qed ireddgħu

Żewġ kumpaniji Amerikani ħolqu pompa tal-ħalib tas-sider għall-ommijiet li qed ireddgħu lit-trabi tagħhom li huma faċli biex iġġorr u jaħdmu bl-għajnuna ta’ batterija.

Daqshekk logħob u skumdità għall-ommijiet li mil-lum il-ġurnata ħajjithom se ssir aktar faċli bis-saħħa ta’ teknoloġija ġdida. Din it-teknoloġija ġiet iddisinjata tapposta biex titqiegħed fil-ħwejjeġ mingħajr ma’ tagħti wisq fil-għajn.

Dawn il-pompi tal-ħalib jaħdmu b’batterija rechargeable u b’differenza għall-pompi tal-ħalib tradizzjonali, dawn ma jagħmlu l-ebda ħoss.

Id-ditti Willow u Freemie Liberty qegħdin jintwerew fil-fiera tat-teknoloġija CES f’Las Vegas.

Il-pompa Willow tiġi b’aktar teknoloġija avvanzata fejn tissinkronizza ruħha ma’ app tal-iPhone biex l-ommijiet ikunu jistgħu jżommu rendikont tal-ħalib li qed jipproduċu.

Il-Freemie Liberty m’għandhiex din it-teknoloġija iżda xorta hija kumpatibbli ma’ apps oħrajn.

Il-prezz tal-pompi tal-ħalib fis-suq huwa bejn it-$300 u l-$479.

Aħbarijiet Oħra
Barranin, Kurżitajiet

Jekk kont se tagħtas, iżżommhiex, ħallieha toħroġ għax tista’ tagħmel ħsara lilek innifsek! Ingliż ta’ 34 sena tgħallem il-lezzjoni għal ħajtu kollha meta kellu jqatta’ ġimgħatejn l-isptar minħabba li sofra…

Barranin, Kurżitajiet

Timmaġinak tgħix fl-iksaħ post fid-dinja?  Din ix-xitwa r-raħal Russu ta’ Oymyakon se jirreġistra temperatura rekord. Dan hekk kif it-termometru qed ikejjel l-iktar temperaturi kesħin li qatt ġew irreġistrati f’dan ir-raħal…

Kurżitajiet

Hemm min jgħid li l-midja soċjali tiffaċilitalu ħajtu u hemm min jgħid li sar skjav tagħha. L-aktar li tolqot huwa bla dubju liż-żgħażagħ li saħansitra jsibu ruħhom jiċċekkjaw il-midja soċjali…

Aktar