Barranin, Lokali
Daqshekk stennija – illum jitla’ s-separju tat-Tazza tad-Dinja 2018

Il-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja 2018 se jixxandar b’mod dirett illum fl-16:00 fuq TVM u https://www.tvm.com.mt/mt/fifaworldcup/

L-ewwel logħba tat-Tazza trad-Dinja 2018, li se tkun bejn ir-Russja u l-Arabja Sawdija li se tintlagħab wara ċ-ċerimonja tal-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja 2018.

Iċ-ċeremonja tal-ftuħ se sseħħ fl-istadium Luzhniki f’Moska fejn eventwalment ukoll se tintlagħab il-finali ta’ din il-kompetizzjoni sportiva.

Fl-istess waqt li se tkun għaddejja ċ-ċeremonja tal-ftuħ, se jkun qed jittella’ kunċert f’Red Square.

Fiċ-ċeremonja tal-ftuħ se naraw għadd ta’ mużiċisti li se jkantaw biex iqajjmu aktar l-atmosfera sportiva fosthom il-kantant Ingliż Robbie Williams.

Mistennija wkoll naraw mal-500 żeffiena u ġinnasti li se jagħtu prestazzjoni mill-aqwa u jintroduċuna mal-kultura Russa.

 

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-Kanċillier Angela Merkel qed tissogra l-pożizzjoni li ilha tokkupa għal dawn l-aħħar 13-il sena u l-futur tal-koalizzjoni tal-Gvern minħabba tilwima taħraq mal-Ministru tal-Intern u Mexxej tal-Partit Konservattiv tal-Bavarja, Horst Seehofer,…

Barranin

Fit-Turkija, instab ġeru bla saħħa bil-pali ta’ saqajh u denbu maqtugħin barra. Kien ilu jumejn hekk, isofri, qabel sabu xi ħadd b’qalbu tajba li ħadu għand veterinarju. Il-filmati grafiċi tal-ġeru…

Barranin

Żagħżugħ Awstrijakk kisser ġebla mill-Kolossew biex iżommha bħala tifkira.  Iżda l-ġest li għamel ma tantx baqa’ mistur għax malajr sab ma’ wiċċu lill-Pulizija Taljana. Waqt ronda fiż-żona tal-Anfiteatro Flavio u…

Barranin

Mijiet ta’ tfal qed jinżammu ġo gaġeġ fil-faċilitajiet mal-fruntiera tal-Istati Uniti. Tfal immigranti, li ġew mifruda minn mal-ġenituri tagħhom, qed jinżammu f’dak li ssejjaħ ħabs. Dan qaluh il-ġurnalisti li żaru…

Aktar