Barranin
Daqshekk taxxi għan-nisa Ungeriżi li jkollhom 4 itfal jew aktar

In-nisa Ungeriżi li jkollhom 4 itfal jew aktar mhux se jħallsu aktar taxxa tad-dħul għal għomorhom.

Dan qalu l-Gvern Ungeriż bit-tir li jħeġġeġ aktar nisa jsiru ommijiet biex jgħinu lill-popolazzjoni tal-pajjiż tkattar.

Barra minn hekk, dawk in-nisa li għandhom taħt l-40 sena u se jiżżewġu għall-ewwel darba, se jingħataw għajnuna finanzjarja għall-ispejjes tat-tieġ tagħhom.

Il-Prim Ministru Viktor Orban qal li dawn il-miżuri qed jittieħdu biex il-pajjiż ma jkollux jistrieħ biss fuq ir-riżors tal-immigrazzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fis-sigħat li għaddew reġa’ kien hemm protesti vjolenti fl-Istati Uniti fosthom qrib il-White House, li tqanqlu mill-qtil ta’ George Floyd. Diversi bliet ordnaw lir-residenti biex ma joħorġux mid-djar, iżda ħafna…

Barranin

Kjuwijiet twal barra l-ħwienet li jbigħu x-xorb fl-Afrika t’Isfel, hekk kif mil-lum il-Gvern ippermetta li jerġa’ jibda jinbiegħ l-alkoħol bħala parti mir-rilaxx tal-miżuri li kienu ttieħdu kontra l-imxija tal-Covid-19. L-awtoritajiet kienu…

Barranin

Ir-Reġina Eliżabetta II tal-Ingilterra dehret fl-akwati ta’ Windsor Castle riekba żiemel. Din hi l-ewwel darba li r-Reġina dehret barra minn meta beda l-lockdown fir-Renju Uniti minħabba l-imxija tal-coronavirus. Ir-Reġina li…

COVID-19

Il-kap tal-isptar San Raffaele f’Milan l-Italja, Alberto Zangrillo, qal li klinikament il-virus m’għadux jeżisti fl-Italja. F’intervista mar-RAI huwa qal li l-iswab tests li saru fl-aħħar 10 ijiem urew li l-virus huwa…

Aktar