Kurżitajiet
Daqshekk xagħar twil u daqna skura għal Conchita Wurst

Il-kantanta popolari Conchita Wurst, li kienet rebħet il-Eurovision Song Contest fl-2014, issorprendiet lid-dinja tal-ispettaklu b’dehra ġdida.

Propju għad-debut tal-kanzunetta ‘Hit Me’, Conchita Wurst bidlet id-dehra tagħha. Minn xagħar twil u daqna skura u ilbies femminili issa Conchita Wurst tidher b’xagħar qasir miżbuħ isfar u ħwejjeġ sportivi.

‘Hit Me’ hija waħda mill-kanzunetti tal-album il-ġdid ta’ Wurst ‘Truth Over Magnitude’.

Wurst issa qed tidher fil-pubbliku bħala artista androġinu fejn fil-fimat mużikali ‘Hit Me’ tikkombina u żżewweġ l-aspetti femminili ma’ dawk maskili bħal donnu kummentarju fuq l-isterjotipi li s-soċjetà toħloq fejn jidħol il-ġeneru tal-bniedem.

Ara l-filmat mużikali:

 

 

Aħbarijiet Oħra
Temp

Is-sħana li għamlet f’Ġunju kienet l-iktar waħda qawwija għal dan ix-xahar f’96 sena. Fi stqarrija, l-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qal li f’Ġunju t-temperatura medja laħqet 26.3°C, u l-aħħar…

Lokali

Pedro għandu sena, u ma jitflifx bulettin tal-aħbarijiet wieħed minn ta’ TVM. Il-favorit tiegħu iżda huwa ta’ nofsinhar, li jinqara minn Joe Dimech. Ommu, Maryanne Molina Xuereb, qalet lil TVM…

Barranin

Kelb fi New Jersey ma ħasibhiex darbtejn biex jeħodha ma’ ors li sab fil-ġnien tal-ġirien tiegħu. L-inċident inqabad minn kamera tas-sigurtà, u f’leħħa ta’ berqa dar mad-dinja wara li ttella’…

Aktar