Lokali
Daqshekk żwiemel bil-karozzini fix-xemx jew għat-telgħa?

Il-Kummissarju għat-Trattament Xieraq tal-Annimali, Dennis Montebello, ħabbar li fil-jiem li ġejjin ħerġin regoli ġodda dwar iż-żwiemel tal-karozzini.

Kif saru f’Napli u Ruma, illi bejn 12pm u s-2pm il-karozzini ma jistgħux jiġu operati jekk it-temperatura titla’ iktar minn 30 grad Celcius, filwaqt li r-rotot iridu jkunu bla tlajja’.

Waqt il-programm INSIGHTS fuq TVM, Dr Montebello qal li l-kuċċiera ma tantx ilmentaw dwar ir-regoli proposti.

Qal li qed jirrealizzaw li jekk ma jsirx kontroll, għada pitgħada l-karozzini jridu jitneħħew.

Il-Kummissarju Montebello qal li fl-aħħar mill-aħħar huwa fl-interess tal-kuċċiera li jħarsu d-drittijiet tal-bhejjem tagħhom, għax minnhom jaqilgħu l-ħobża ta’ kuljum.