Qasam soċjali
Daqt jibda l-iskavar għal dar tal-anzjani ġdida fl-Imsida

Il-Ministru għall-Anzjani u l-Anzjanità Attiva Michael Farrugia ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se jinftaħ day u night shelter f’Ħal Safi, se jibda l-iskavar għal dar tal-anzjani ġdida fl-Imsida u l-allokazzjoni ta’ €2.5 miljun għal xiri ta’ iktar sodod fil-komunità.

Huwa u jindirizza konferenza tal-aħbarijiet dwar il-miżuri tal-budget fis-settur li tiegħu huwa responsabbli, il-Ministru Farrugia sostna li l-anzjani se jkunu jistghu jgawdu kwalità ta’ ħajja aħjar bil-benefiċċji u ż-żidiet li se jkomplu jgawdu minnhom bil-miżuri mħabbra fil-budget għas-sena d-dieħla.

Il-Ministru Farrugia żied li f’San Vincenz De Paule se jsiru diversi proġetti li se jibbenefikaw minnhom ir-residenti fosthom servizzi ġodda u r-rinovar ta’ diversi swali kif koll bosta faċilitajiet għall-ħaddiema u wifi fir-residenza kollha.