Lokali
Daqt tibda tiġġenera l-elettriku l-ikbar solar farm f’Malta

Minn hawn u xahrejn oħra, se tibda tiġġenera l-elettriku l-ikbar solar farm f’Malta. B’daqs ta’ 90 tomna, is-solar farm privata, li tinsab fil-limiti tal-Imġarr, tesa’ madwar 17,000 pannella tax-xemx. Fl-istess waqt, żona f’Bengħajsa, li kienet tintuża bħala scrap yard għall-karozzi, inbidlet f’solar farm mill-privat u kapaċi tiġġenera enerġija għal madwar 900 familja.

Fl-aħħar tas-sena li għaddiet, sidien privati kisbu l-permessi meħtieġa biex joperaw l-ikbar żewġ solar farms f’Malta. B’daqs ta’ 90 tomna, l-ikbar solar farm tinsab fiż-żona magħrufa bħala tal-Imselliet, fil-limiti tal-Imġarr, u tesa’ madwar 17,000 pannella. L-art kien tintuża bħala barriera. Television Malta huwa infurmat li din is-solar farm se tibda tiġġenera l-elettriku minn Marzu li ġej.

Is-solar farm l-oħra tinsab f’Bengħajsa, fil-limiti ta’ Birżebbuġa. Din ukoll kienet barriera li wara bdiet tintuża bħala miżbla. Iktar riċenti, l-art kienet tintuża għall-insib u bħala scrap yard għall-karozzi. Huwa stmat li l-madwar 8,000 pannella tax-xemx f’din iż-żona se jiġġeneraw 2.4 Mega Watts ta’ enerġija li tiġġedded . . . daqs kemm jużaw elettriku 900 dar.

Flimkien mas-solar farm fil-Fiddien b’daqs ta’ 14,000 metru kwadru, f’Malta hawn iktar min-nofs miljun pannella tax-xemx inkluż fl-oqsma residenzjali u kummerċjali.

L-Inġinier Sandro Lauri, mill-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma, qal li ż-żewġ solar farms privati lesti biex se jibdew jiġġeneraw l-elettriku.

“Dak kollu li jiġġeneraw matul l-2020 se jikkontribwixxu għall-mira tal-2020. Dawk li jipproduċu wara se jipproduċu għall-mira tal-2030 mbagħad.”

Statistika tal-Eurostat uriet li sal-2018, Malta ġġenerat 8% tal-elettriku minn sorsi li jiġġeddu. Dan ifisser li Malta qiegħda 2% ‘l bogħod biex tilħaq il-mira tal-10% sa din is-sena.

L-Inġinier Lauri wera ruħu fiduċjuż li din il-mira se tintlaħaq. Hu spjega li l-ġenerazzjoni tal-elettriku minn sorsi li jiġġeddu ġejja minn sorsi oħrajn.

“Hemm ukoll ammont li ġej minn sħana li tintuża biex aħna nsaħħnu bħal pereżempju l-heats pumps. Hemm ukoll biofuels li jitħalltu mad-diesel. Hemm ukoll enerġija ġġenerata mill-waste to energy plants.”

L-Inġinier Lauri fakkar li l-Aġenzija għall-Enerġija u l-Ilma toffri skemi biex tħajjar lin-nies u l-industriji biex jinvestu f’sorsi varji tal-enerġija li tiġġedded.

Ara wkoll:

Il-PN jgħid li l-Maltin se jħallsu minn buthom għall-inkompetenza tal-Gvern fil-qasam tal-enerġija nadifa

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Kap tad-Dipartiment għall-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin, Glenn Micallef, spjega li l-Kummissjoni Ewropea għamlet il-proposta tagħha dwar id-daqs tal-budget tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. Din il-proposta kienet…

Kultura

L-istazzjon nazzjonali se jkun qed ixandar l-iskeda sħiħa tal-Karnival ta’ din is-sena. Dawn huma l-ħinijiet tax-xandiret tal-Karnival: Is-Sibt 22 ta’ Frar  – Il-Karnival tat-Tfal mid-09:25 sa 12:00 fuq TVM2 Is-Sibt…

Unjoni Ewropea

It-tranżizzjoni klimatika inkorporata fil-Patt Ekoloġiku hija imperattiv etiku kif ukoll opportunità ekonomika. Jeħtieġ li nadattaw il-mod kif nipproduċu u nikkunsmaw biex nipproteġu ’l saħħitna u l-benesseri tagħna u nħarsu l-pjaneta…

Unjoni Ewropea

Il-Prim Ministru Robert Abela jinsab fi Brussell għat-tieni jum tas-summit speċjali tal-Kunsill Ewropew, bil-għan li jintlaħaq qbil fuq il-baġit tal-Unjoni Ewropea għas-seba’ snin li ġejjin. L-ewwel jum tas-summit kien wieħed…

Aktar