Ambjent
Daqt titnieda strateġija biex jitnaqqas it-tniġġis fl-arja

Il-Ministru għall-Ambjent , Tibdil fil-Klima u Ppjanar Aaron Farrugia ħabbar li fil-ġimgħat li ġejjin se titħabbar strategija li biha Malta trid tnaqqas il-karbonju u tilħaq il-miri tat-tibdil fil-klima.

Huwa qal dan waqt li kien qed iħabbar kampanja dwar it-tibdil fil-klima bl-isem ta’ CLIMATE ON li hija ntiża li tqanqal kuxjenza dwar it-tibdil tal-klima b’għarfien dwar il-problema u edukazzjoni fuq is-suġġett.

Il-Ministru Farrugia sostna li Malta tinsab miexja fit-triq it-tajba u semma kif matul is-sena li għaddiet il-Gvern ħawwel 20,000 siġra f’Malta u Għawdex u din is-sena ħawwel iktar minn 5,000 siġra waqt li qed jaħdem għal iktar spazji miftuħa.

Huwa rrimarka wkoll kif f’Novembru li ġej Malta se tkun qed tieħu sehem flimkien mal-pajjiżi kollha tad-dinja fis-summit tan-Nazzjonijiet Magħquda dwar it-tibdil fil-klima li se jsir fi Glasgow, l-Iskozja.