Lokali
Dar battala fl-Għarb se tinbidel f’ċentru għas-saħħa mentali

Dar battala fl-Għarb se tinbidel f’ċentru għas-saħħa mentali fil-komunità. Dan wara li l-propjetà inkriet lill-awtorità tad-djar bħala parti mill-iskema ‘Nikru biex nassistu, biex taqdi ħtieġa komunitarja.

Dar vojta fl-Għarb li nkriet lill-awtorità tad-djar bħala parti mill-iskema Nikru biex nassistu, se tkun qed tiftaħ il-bibien għall-servizzi tas-saħħa mentali f’Għawdex. Id-dar se titmexxa mill-Assoċazzjoni għas-saħħa mentali Għawdxija li se toffri servizzi ta’ emerġenza, half way house u respite.

Il-President tal-Assoċjazzjoni, Pauline Camilleri, qalet li dan il-ftehim se jwettaq il-ħolma li ilha tberren f’moħħhom minn meta twaqqfet l-assoċazzjoni 9 snin ilu.

Pauline Camilleri qalet “se sservi għal tliet purposes importanti fil-qasam tal-kura psikjatrika, għal persuni b’nuqqas ta’ saħħa mentali. L-għan tagħna hu li l-perusni joħorġu minn din id-dar b’aktar indipendenza, aktar aħjar u b’motivazzjoni biex jgħixu ħajja normali.”

Il-Ministeru għal Għawdex se jikri il-fond mill-Awtorità tad-Djar. Il-Ministru għall-Għawdex, Justyne Caruana, qalet li dan il-ftehim se jwassal biex jimtela vojt li ilu jinħass f’Għawdex. Qalet li bis-servizzi li ser jinghataw fil-komunita’ se tkun qed titjieb l-kwalità tal-ħajja tal-persuni effetwati.

Is-Segretarju Parlamentari għall-Akkomodazzjoni Soċjali, Roderick Galdes, qal li s-servizzi tal-akkomodazzjoni soċjali mhumiex biss li l-Gvern jagħti appartament lill-familja fil-bżonn iżda li jkun ukoll ta’ spalla għal persuni bi ħteġijiet soċjali varji.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Awtorità tad-Djar, Leonid McKay, qal li d-dar se tkun iċ-ċavetta li se tiftaħ bibien ġodda lill-persuni li se jkunu qegħdin jirċievu s-servizz tagħha.

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Anzjani u persuni b’diżabbiltà fil-Fgura u Ħaż-Żabbar ingħaqdu ma’ dawk ta’ Birkirkara u l-Mosta fis-servizz ta’ flebotomija minn darhom. Persuni li għandhom problemi ta’ mobbiltà qed jitteħdilhom id-demm għat-testijiet mill-kumdità…

Infrastruttura

Infrastructure Malta ħabbret li llejla se jkun qed isir xogħol biex tittella fuq il-post gverta ta’ 34 metru tal-pont ġdid għall-mixi u r-roti fi Vjal l-Avjazzjoni bejn Ħal Luqa u…

Lokali

Il-Gvern ħabbar li l-freephone 153 għandu ħsara teknika, u għalhekk minn iċempel jaf ma jaqbadx. Fi stqarrija l-Gvern żied li hemm ukoll influss qawwi ta’ telefonati b’rabta mal-bonus addizzjonali mħabbar…

Qorti

“Bżajt li qatt mhu se nerġa’ nitkellem.” Qalet dawn il-kliem vittma t’attentat ta’ qtil li spiċċat bi kważi għonqha mħanxar wara li raġel Libjan ipprova jisirqilha l-handbag. Il-Qorti t-Tnejn bagħtitu…

Aktar