Qorti
Darab lill-ġenituri tiegħu wara lejl ta’ xorb u droga

Argument bejn raġel u l-ġenituri tiegħu spiċċa l-Qorti wara li saħnet il-qiegħa u darabhom.

Ir-raġel ta’ 29 sena mis-Swieqi tressaq il-Qorti wara li ġie arrestat mill-Pulizija meta marru fir-residenza tal-ġenituri tiegħu fis-sigħat bikrin tat-Tlieta.  Jirriżulta li r-raġel allegatament attakka lill-ġenituri tiegħu wara lejl jixrob u jieħu d-droga.

Fil-Qorti huwa ġie akkużat li pprova jweġġa’ lil missieru mingħajr l-intenzjoni li jqiegħdu fil-periklu li jitlef ħajtu, li darab lill-ġenituri tiegħu, li heddidhom u li ħebb għalihom.  Huwa kien akkużat ukoll li kien fil-pussess tal-ecstasy, il-kannabis u l-kokaina, kif ukoll li seraq somma flus mingħand il-ġenituri tiegħu.

Ir-raġel wieġeb mhux ħati tal-akkużi miġjuba kontrieh u baqa’ miżmum arrestat.  Madanakollu, il-Maġistrat Caroline Farrugia Frendo rrakkomandat li l-akkużat jittieħed fit-Taqsima Forensika tal-Isptar Monte Carmeli minħabba l-vizzju tad-droga u problemi ta’ saħħa mentali.

Il-Qorti ħarġet ukoll ordni ta’ protezzjoni fil-konfront tal-ġenituri tal-akkużat, li kienu preżenti fl-awla dalgħodu, filwaqt li ordnat ukoll divjet fuq l-ismijiet tal-akkużat biex tkun protetta l-identità tal-vittmi ta’ dan il-każ ta’ vjolenza domestika.

 

Aħbarijiet Oħra
Sport

Wara s-suċċess tal-atleti Maltin tal-Olimpjadi Speċjali b’rebħ ta’ erbgħin midalja fil-logħob dinji ta’ Marzu li għadda, tissokta ħidmet il-fondazzjoni Marigold biex permezz ta’ din il-pjattaforma tagħti opportunitajiet sportivi lil atleti…

Forzi Armati

Fit-tislima mill-ogħla awtoritajiet lill-monument li jfakkar lil Malta Indipendenti fil-Floriana, dalgħodu spikka s-salut ta’ 21 tir minn kanuni tal-Forzi Armati. Din il-parti taċ-ċerimonja ġibdet l-interess ta’ grupp imdaqqas ta’ Maltin…

Kultura

Il-Main Guard, it-toroq u l-bjar taħt il-Belt u The Fortress Builders huma tliet siti li għaddew f’idejn Heritage Malta, l-aġenzija nazzjonali li tħares il-wirt storiku u kulturali tal-pajjiż. F’konferenza tal-aħbarijiet…

Politika

Malta, permezz tal-ambaxxatur għan-Nazzjonijiet Magħquda, Carmelo Inguanez, qiegħda tippresiedi wħud mis-sessjonijiet tal-74 sessjoni tal-Assemblea Generali tan-Nazzjonijiet Magħquda. Dan wara li għall-ewwel darba wara tmintax-il sena, Malta intgħażlet bħala wieħed mill-Viċi…

Aktar