Televiżjoni u Radju
Darba lin-nanna Katrin taha kedda għax libes ta’ Sant Antnin, u llum x’sar minnu?

Jismu Kurt. Madanakollu, bosta jiftakruh bħala Jason, it-tifel tal-familja Cassar, jew in-neputi l-aktar għal qalb in-nanna Katrin, il-mibkija Mary Rose Bonello.

U, sal-ġurnata tal-lum, hekk baqgħu jsibuh lil Kurt Castillo, wieħed mill-karattri ewlenin tas-sitcom popolarissimu ‘Simpatiċi’.

F’liema drama, Kurt deher għall-ewwel darba wieħed u għoxrin sena ilu. U, fost l-aktar xeni li aktarx li daħkuna daħka tajba, dakinhar li Jason, ta’ mqarqaċ li kien, libes ta’ Sant Antnin u ntefa’ jitħaddet man-nanna Katrin minn ġon-niċċa. U, in-nanna Katrin, ta’ innoċenti li kienet, belgħetha kollha hemm hi, hekk kif ħasbitu xi miraklu.

U, illum, Kurt x’sar minnu? Kurt, illejla, se jkun mistieden f’‘X’sar minnhom’. Fl-10.05pm, fuq Television Malta.

Aħbarijiet Oħra
Solidarjetà

Mill-Mellieħa sal-Isla, bil-pass, ma tagħmilhiex kif ġieb u laħaq. Madanakollu, lejliet il-Ġimgħa l-Kbira, il-pjazza tal-Parroċċa tal-Mellieħa ta’ kull sena saret tkun mimlija sa ruħ ommha bin-nies hekk kif eluf ta’…

Kurżitajiet

Kien ilhom ma jidhru 30 sena minn Jalandhar il-muntanji Himalayas hekk kif l-arja tnaddfet mit-tniġġis bis-saħħa tal-lockdown fl-Indja. Mal-1.4 biljun persuna tgħix fl-Indja u kemm ilhom bil-lockdown mit-22 ta’ Marzu,…

Barranin

L-akbar ‘supermoon’ tal-2020 xegħel is-sema fuq bliet siekta fosthom Londra, Pariġi u New York City, minħabba l-lockdown biex tkun miġġielda l-firxa tal-pandemija tal-coronavirus, li diġà qatel għexieren ta’ eluf madwar…

Aktar