Filmat: Jitħabbru l-20 finalisti għall-Malta Eurovision Song Contest 2016

Il-Public Broadcasting Services ħabbret illejla l-20 finalista li f’Jannar li ġej se jkunu qegħdin jikkompetu bejniethom fil-Malta Eurovision Song Contest 2016. Il-finalisti tħabbru waqt edizzjoni speċjali tal-programm Xarabank fejn it-telespettaturi kellhom l-opportunità li jisimgħu wkoll parti żgħira mill-kanzunetti li għaddew għall-finali.

Il-finalisti se jkunu qegħdin jikkompetu fis-semi-finali li se ssir il-Ġimgħa 22 ta’ Jannar bit-tama li jiksbu wieħed mill-14-il post fil-finali ta’ dan il-festival prestiġġjuż li se jsir l-għada s-Sibt fid-Dar tal-Mediterran għall-Konferenzi. Ir-rebbieħ ta’ dan il-festival se jkun qiegħed jirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision Song Contest li se jsir f’Mejju li ġej fi Stokkolma, l-Iżvezja.

Il-biljetti jistgħu jinxtraw minn fuq is-sit elettroniku www.mcc.com.mt

L-20 finalista huma hekk kif ġej u elenkati skont kif tħabbru waqt il-programm Xarabank:

Young Love Maxine Pace
All Around the World Deborah C
You’re Beautiful Laurence Gray
Golden Brooke (Brooke Borg)
Flashing Lights Raquel Galdes
Falling Glass Corazon (Mizzi)
Lighthouse Kimberley Cortis
Alive Jasmine Abela
Empty Hearted Domenique Azzopardi
The Flame Jessika
Under the Sun Daniel Testa
That’s Why I Love You Ira Losco
Little Love Franklin Calleja
I Love You Dario Mifsud Bonnici
Fire Burn Dominic
Frontline Danica Muscat
Chameleon (Invincible) Ira Losco
Kingdom Christabelle Borg
Right Here With You Sarah Crystal
Light Up My Life Stefan Galea