Lokali
David Casa jgħid li r-rapport tal-PE joħroġ li Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jirriżenjaw

Il-Kap tad-delegazzjoni Nazzjonalista David Casa qal li mir-rapport tal-Parlament Ewropew joħroġ ċar li l-Ministru Konrad Mizzi u Keith Schembri għandhom jirreżenjaw, jiġu investigati u jitressqu l-Qorti.  Dan intqal fi stqarrija maħruġa mill-Ewroparlamentari David Cara wara li ġie pubblikat rapport tad-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew li ġiet Malta f’Diċembru li għadda.

Skont l-istqarrija jingħad li fir-rapport, li ġie pubblikat illum, jintqal li għandhom jitneħħew il-Kummissarju tal-Pulizija u l-Avukat Ġenerali li ma ressqux każijiet ċari ta’ korruzzjoni u ħasil ta’ flus minkejja l-evidenza li kellhom.  Jingħad ukoll li r-rapport ma jikkonkludix ix-xogħol kollu tad-delegazzjoni billi talab għal laqgħat ma’ Prim Imħallef Silvio Camilleri, kif ukoll jitlob lill-Bank Ċentrali Ewropew u l-Awtorità Bankarja Ewropea tinvestiga lill-Pilatus Bank u jekk l-MFSA hux qed tinvestiga kif xieraq lill-Pilatus Bank u Nexia BT.

Qed jintalab ukoll li jiġi investigat SLAPP mill-Kummissjoni Ewropea, il-prattika li kienu jużaw Henley and Partners u Pilatus Bank biex isikktu lill-ġurnalisti Maltin b’theddid ta’ proċeduri legali barra l-UE.  Il-Parlament Ewropew mistenni jiddibatti dan ir-rapport f’livelli ogħla dan ix-xahar.

Ara wkoll:

Efimova tgħid ma kinetx is-sors ta’ Daphne Caruana Galizia – fir-rapport tad-delegazzjoni David Casa

Aqra r-rapport :

Mission Report

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat wiegħed lealtà sħiħa u spazju lis-suċċessur tiegħu u qal li hu se jibqa’ baħri flok kaptan. Dr Muscat li tkellem fi tliet…

Milied

Aktar ma joqrob il-Milied, aktar jirrankaw l-attivitajiet ta’ ġbir ta’ fondi għall-għaqdiet tal-karità . . . fosthom il-Fondazzjoni Malta Community Chest Fund, li hija l-benefiċċarja tal-attività Santa Swim, li issa…

Politika

Il-President Emeritu Marie Louise Coleiro Preca kitbet appell biex il-poplu Malti jingħaqad. Fuq Facebook Coleiro Preca kitbet li mill-istorja tal-pajjiż il-poplu dejjem waqaf għall-valuri tal-onestà, il-ġenwinità, l-altruwiżmu, il-bżulija, l-għaqal u l-intergrità….

Aktar