Lokali
David Spiteri Gingell maħtur biex imexxi r-riforma fil-Gozo Channel

L-ekonomista David Spiteri Gingell se jkun qed imexxi r-riforma fil-Gozo Channel wara li nħatar f’din il-kariga mill-Ministeru għal Għawdex.

Fi stqarrija l-Ministeru qal li Spiteri Gingell se jkun il-persuna responsabbli minn proċess li bih il-kumpanija Gozo Channel se tirriforma l-istruttura u l-immaniġġjar tagħha b’mod li tkun iktar preparata għaż-żieda fid-domanda u l-isfidi li jġib magħhom.

Qal li dawn il-bidliet se jkunu mmirati biex, bħala l-mezz ta’ konnettività sikur bejn il-gżejjer, il-kumpanija tkompli taqdi rwol fundamentali għall-iżvilupp ekonomiku u soċjali tal-gżira Għawdxija.

Il-proċess ta’ ristrutturar ser ikun immexxi mill-Bord ta’ Reviżjoni għall-Bidla fl-Immaniġġjar li nħatar mill-Ministeru għal Għawdex u li jinkludi ukoll liċ-Chairperson tal-kumpanija fost membri oħra u persuni li għandhom esperjenzi varji fil-qasam.

Fl-ewwel laqgħa l-Bord li qed imexxi ir-ristrutturar approva wkoll l-istrateġija biex il-Gozo Channel tibda topera b’mod aktar effiċjenti. L-istrateġija ser tiffoka fuq riorganizzazjoni tal-kumpanija, inkluż immaniġġjar aħjar tal-assi tal-kumpanija, u tfassil ta’ metodi tal-operat aktar moderni.

Aħbarijiet Oħra
Budget

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne qal li l-Budget għas-sena d-dieħla huwa mibni fuq tliet pilastri: il-ħolqien tal-ġid, inċentivi għal min jeħtieġ l-għajnuna biex jimxi ‘l quddiem u…

Qorti

Eġizzjan ta’ 51 sena ġie akkużat li stupra lill-eks sieħba tiegħu u li hedded lil bintu ta’ 11-il sena billi għamel mossa li se jħanxrilha għonqha. L-Eġizzjan, li ismu ma…

Brexit

Il-Gvern Malti qed jikkunsidra li jiftaħ ambaxxata fil-Ġappun, f’pajjiżi oħra Ażjatiċi kif ukoll fl-Amerika Ċentrali. Dan tħabbar mill-Prim Ministru Joseph Muscat meta wieġeb mistoqsijiet li sarulu wara li għamel stqarrija…

Storja

Bieb is-Sultan bi dħul maestuż għall-Kottonera, inbena fis-seklu 17 u jifred Ħaż-Żabbar mit-Tlett Ibliet u l-Kalkara. Jinkludi wkoll il-Cottonera Lines, li skont iċ-Chairman tal-Fondazzjoni Wirt Artna, Mario Farrugia huwa l-aktar…

Aktar