Lokali
ARA: Dawra Tond – doża qawwija Maltija fil-kanzunetta għall-Junior Eurovision

Doża qawwija ta’ Malta u l-Maltin imżewqa bit-tfulija, fosthom b’għanjiet u kanzunetti tradizzjonali tat-tfal, jagħtu marka distintiva lill-video tal-kanzunetta ‘Dawra Tond’ tal-kantant Gianluca Cilia li ta’ 9 snin ser jirrappreżenta lil Malta fil-Junior Eurovision Song Contest li ser isir fil-Ġeorġia, f’Novembru li ġej.

Il-video, li nħadem mill-PBS li tieħu ħsieb ir-rappreżentanza ta’ Malta fil-Junior Eurovision, juru toroq tipiċi ta’ Bormla u l-Birgu, kif ukoll il-karattru dħuli tal-Maltin. Il-kanzunetta ‘Dawra Tond’ għandha messagg ferrieħi li jispikka wkoll fil-video fejn jidhru għadd ta’ tfal li taw sehemhom biex joħroġ il-messaġġ tal-kanzunetta.

Il-kanzunetta għandha kitba ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Dominic Cini,

Tista’ ssegwi hawn il-video sħiħ tal-kanzunetta ‘Dawra Tond’ ta’ Gianluca Cilia.

Il-video mużikali ta’ ‘Dawra Tond’ sar grazzi għal dawn il-kumpaniji:

·        Annalise Dance Studio

·        Inglot

·        Antonio’s Barber

·        American Cars Club

·        Mannarinu Caterers

·        Marks & Spencer

·        Cospicua Local Coucil

·        Vittoriosa Local Council

·        Vittoriosa Parish Priest

·        ESL Gross Market – Zabbar

·        Logografix

  • Natasha’s His & Hers
Aħbarijiet Oħra
Sajd

Idejh jafu jinsġu l-qasab għan-nases, anke b’għajnejh magħluqa. Bis-sengħa tan-nases fid-demm, Ġanni Xuereb, magħruf bħala Ġanni l-Pipi, illum jgħodd iktar minn 80 sena, u għadu ma telaqx in-namra max-xogħol tiegħu, …

Edukazzjoni

Is-sajf wasal biex jintemm u dħalna fl-aħħar ġimgħa qabel ma jerġgħu jibdew l-iskejjel. Iżda x’inhuma s-sentimenti tal-ġenituri u l-istudenti dwar l-bidu tas-sena skolastika ġdida? TVM tkellem mal-ġenituri u l-istudenti. Mal-wieħed…

Lokali

Waqt l-aħħar tislima li ngħatat lil Enrica lbieraħ fil-knisja ta’ San Ġiljan, inġabru €10,000 għal Puttinu Cares. Enrica kienet tgħożż il-familja ta’ Puttinu li tant tawha kuraġġ u sabar waqt…

Edukazzjoni

The Rotary Malta Clubs are calling for applications from residents of Malta wishing to pursue a post-graduate degree. The scholarship offered to Maltese residents is worth $ 30,000 and is…

Aktar