Ekonomija u Finanzi
DBRS tikkonferma r-rating ta’ Malta fil-livell A high

L-Aġenzija Ġermaniża DBRS ikkonfermat ir-rating ta’ Malta fil-livell A High fuq il-bażi li r-ritmu qawwi tal-ekonomija Maltija. L-ekonomisti tad-DBRS qalu li għalkemm jistennew li r-ritmu ekonomiku jnaqqas xi ftit xorta l-ekonomija Maltija ser tkompli tikber b’pass aktar mgħaġġel minn tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.

L-ekonomisti tad-DBRS innutaw li t-tkabbir fl-ekonomija Maltija kien mifrux fis-setturi kollha u l-Prodott Domestiku Gross li ras għal ras laħaq kważi €25,000 fis-sena qed joqrob lejn il-medja tal-Unjoni Ewropea. Ikkumentaw fuq is-suq tax-xogħol u l-qgħad baxx u kif il-ħaddiema barranin qegħdin jikkontribwixxu għall-ekonomija u għall-kompettività billi qed iżommu l-pressjoni fuq il-pagi. Qalu li l-isfida tal-pajjiż hija l-infrastruttura u n-nuqqas ta’ ħaddiema fis-suq tax-xogħol.

L-analisti qalu li b’dawn ix-xejriet il-gvern ser jibqa’ jkollu surplus ta’ madwar 1% sal-2021 biex dal-bilanċ fil-finanzi tal-gvern flimkien mat-tkabbir ekonomiku jkomplu jbaxxu r-rata tad-dejn paragun mal-Prodott Domestiku Gross. L-aġenzija DBRS ikkunsidrat li minkejja l-indikaturi ekonomiċi pożittivi. Malta għandha l-isfidi strutturali fosthom li tista’ tintlaqat minn tibdil regolatorju fis-sistema tat-taxxa.

L-aġenzija innutat li kien hemm progress fir-ristrutturar tal-Airmalta għalkemm wissiet li l-kompetizzjoni fis-settur tal-avvjazzjoni jista’ joħloq pressjonijiet finanzjarji ġodda fuq il-linja nazzjonali tal-ajru. L-ekonomisti sejħu għal miżuri għas-sostinibiltà tas-sistemi tal-pensjonijiet u tal-kura tas-saħħa. Ir-rapport isemmi li Malta għandha qafas istituzzjonali sod u stabbiltà politika b’partiti ċentristi li jsegwu l-politika Ewropea.

Osservaw il-kritika dwar is-saltna tad-dritt u l-korruzzjoni u qalu li l-gvern qed jieħu passi biex jindirizzaw dawn is-sitwazzjonijiet fosthom bl-implimentazzjoni tal-aħħar direttiva tal-Unjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus u anke bl-impenn biex tikber is-seperazzjoni tal-poteri.

Waqt li l-aġenzija DBRS ikkonfermat ir-rating fil-livell A, qalet li mhux probabbli li din ir-rata titjib aktar jekk fost oħrajn ma jonqos aktar id-dejn tal-gvern. Mill-banda l-oħra tista’ titnaqqas jekk ir-rata tat-tkabbir ekonomiku ma tkunx sostnuta u jekk il-gvern ma jkollux surplus. L-aġenzija osservat li fl-aħħar ħames snin, l-qagħda finanzjarja tal-gvern tjiebet fost oħrajn fil-programm taċ-ċittadinanza b’investiment u ġiet konformi mal-patt tat-tkabbir u stabbiltà tal-Unjoni Ewropea.

L-Aġenzija DBRS qalet li waslet għal din l-evalwazzjoni fuq l-bażi fost oħrajn tal-indikazzjoni mogħtija mill-Kummissjoni Ewropea u mill-Fond Monetarju Internazzjonali waqt li spjegat li l-analiżi tagħha tirrifletti l-istandards tal-Unjoni Ewropea u tal-Istati Uniti.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem din il-ġimgħa, mal-esebiti fil-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’ Qali żdiedu sittin mutur. Il-klabb tal-Muturi Storiċi qed ifakkar It-tletin sena tiegħu b’wirja ta’ muturi antiki, klassiċi u militari fil-Mużew tal-Avjazzjoni f’Ta’…

Ambjent

Fil-jum dinji ddedikat għat-tindif, ħaddiema minn diversi entitajiet tal-Gvern qed jagħtu tindifa kbira f’Ta’ Qali. Ix-xogħol, li mistenni jissokkta fil-jiem li ġejjin, hu wkoll bi tħejjija għall-proġett ta’ riġenerazzjoni tal-Park…

Politika

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, wiegħed li gvern Nazzjonalista jreġġa’ lura d-demokrazija u jagħti lill-pajjiż viżjoni fit-tul li qal hi nieqsa fl-aġenda tal-gvern preżenti. F’mass meeting quddiem id-Dar Ċentrali f’Tal-Pietà,…

Qorti

Wayne Catania ta’ 29 sena mill-Ħamrun baqa’ miżmum arrestat wara li tessaq il-Qorti akkużat b’attentat ta’ serq ta’ vettura u li seraq u għamel ħsara fi ħwejjeġ ħaddieħor. L-akkużat wieġeb…

Aktar