Qorti
Il-katavru ta’ Daphne Caruana Galizia identifikat mid-DNA

Fil-Qorti kompliet il-kumpilazzjoni b’rabta mal-każ li fih it-tliet irġiel, l-aħwa George u Alfred Degiorgio u Vince Muscat, qed jiġu akkużati bil-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Fis-seduta ta’ llum xehed fost l-oħrajn l-espert forensiku Dr Mario Scerri li ddeskriva x-xena li sab quddiemu tal-biċċiet tal-katavru mxerrdin fuq il-post, pulizija, u suldat mit-taqsima tal-isplussivi fil-Forzi Armati ta’ Malta.

Quddiem il-Maġistrat Claire Stafrace Zammit, il-Prosekuzzjoni resqet seba’ xhieda. Fix-xhieda tiegħu, l-espert forensiku Dr Mario Scerri, iddeskriva x-xena fuq il-post fejn seħħet l-isplużjoni li qatlet lil Daphne Caruana Galizia. Qal li x-xena li ra kienet ta’ karozza maħruqa, biċċiet ta’ persuna umana mxerrdin mat-triq. Spjega li l-kadavru nġabar kollu u ġie eżaminat fejn saru wkoll l-xrays. Qal li l-katavru ma kienx fi stat li jingħaraf u ġie konfermat li kien tas-sinjura Caruana Galizia minn swab tad-dna.

Xhud ieħor, Joseph Bondin li huwa suldat li jaħdem mal-Explosive Ordnance Disposal spjega li dakinhar tal-inċident daħlet telefonata fil-kwartieri fil-Mosta li kienet seħħet karozza bomba fil-Bidnija. Qal li marru fuq il-post u għamlu spezzjoni biex jiżguraw li ma kienx hemm iżjed splussivi. Qal ukoll li fis-6 ta’ Diċembru saret spezzjoni oħra f’razzett il-Bidnija u saret tfittxija għal xi boltijiet. Din it-tfittxija rriżultat fin-negattiv.

Uffiċjal li jaħdem fit-taqsima tas-sigurtà u informazzjoni nazzjonali, Christopher Portelli, ippreżenta recordings ta’ ħames telefonati li nies pajżana għamlu fuq in-numru 112 wara li semgħu jew raw il-karozza tisplodi.

Alexander Miruzzi, li fl-2006 kien uffiċjal prosekutur f’każ li fih Vince Muscat deher quddiem il-Maġistrat Antonio Mizzi, qal li dakinhar Muscat kien akkużat bi traffikar u pussess ta’ għasafar protetti.

Xehed ukoll l-espert tal-qorti, Mario Buttigieg, li qal li tqabbad jieħu ħsieb il-karozza li splodiet u fil-qorti ippreżenta wkoll il-log book tal-pulizija li juri l-ispezzjonijiet li għamlu fuq il-karozza matul dawn ix-xhur.

Il-każ ġie aġġornat għat-tlieta ta’ Settembru.

Aħbarijiet Oħra
Immigrazzjoni

Matul il-lejl, grupp ta’ 61 immigrant mistennija jiddaħħlu Malta wara li sabu ruħhom f’diffikultà bejn sema u ilma. Stqarrija tal-Forzi Armarti qalet li ċ-ċentru tal-kordinazzjoni tas-salvataġġ Maltiillum tard waranofsinhar kien…

Infrastruttura

Il-pontijiet li jaqsmu l-ibliet u jħaffu t-traffiku huma meħtieġa iżda l-manutenzjoni tagħhom hija daqstant importanti biex jiġu evitati diżgrazzji. Ftit tal-ġimgħat ilu Infrastructure Malta lestiet l-ewwel fażi ta’ tisħiħ tal-Pont…

Ambjent

Wara li f’lejlet Santa Marija nirien ħakmu l-Maqluba fil-Qrendi u għal diversi jiem ma kinux ntfew għalkollox, l-espert fil-biodiversità, Alfred Baldacchino, qal li l-ħsara li saret m’hijiex biss fis-siġar li…

Aktar