Deborah Schembri twieġeb għall-punti mqajma mill-Periti

Il-liġi biex ikun regolarizzat żvilupp li sar fil-passat mingħajr il-permessi, saret biex flok l-Awtorità tal-Ippjanar tagħlaq għajnejha kif kien jiġri s’issa bis-sistema magħrufa bħala CTB, tkun tista’ timponi kundizzjonijiet biex ittejjeb l-istat tal-bini illegali.

Dan intqal fi stqarrija mis-Segretarjat Parlamentati għall-Ippjanar bi tweġiba għal punti li tqajmu mill-Kamra tal-Periti dwar din il-liġi. Is-Segretarjat Parlamentari tenna d-diversi limitazzjonijiet li hemm biex ikun regolarizzat l-iżvilupp illegali. Żied jgħid li dan il-pass se jagħti serħan il-moħħ lil sidien ta’ propjetà li filwaqt li kellhom il-konċessjoni tas-CTB xorta ma jistgħux ibigħu l-propjetà tagħhom minħabba li għadha kkunsidrata li għandha żvilupp illegali.

Is-Segretarjat Parlamentari qal li l-Gvern għandu mandat elettorali biex jagħmel din l-iskema u saħaq li d-deċiżjonijiet tal-Awtorità tal-Ippjanar se jittieħdu fil-pubbliku filwaqt li mhux se jitneħħa l-poter tal-Awtorità li toħroġ ordni ta’ infurzar fuq żvilupp illegali.

Aħbarijiet Oħra
Qorti

Charlotte Zammit, omm Liam Debono, intbagħtet sentejn ħabs wara li nstabet ħatja li serqet diversi pompi tal-petrol. Fil-Qorti llum kompla jinstema’ l-każ tas-sinjura Debono fejn instabet ħatja li serqet flus…

Kronaka

Tnejn minn tliet karreġġjati lejn il-Belt kellhom jingħalqu wara ħabta fi Blata l-Bajda. Fl-inċident, li seħħ għall-ħabta tan-12.30pm, hemm involuti xarabank u karozza ta’ struttur tas-sewqan. Fil-karozza kien hemm żewġ…

Lokali

Waqt il-ftuħ uffiċjali tal-maratona Oħloq Tbissima, f’Santa Venera, seħħ inċident żgħir fejn cameraman għal xi raġuni waqa’ minn fuq stand u qasam rasu. Il-President George Vella, li kien preżenti fuq…

Aktar