Barranin
Deċiżjoni ġdida tal-qorti jaf twassal biex l-ex President Brażiljan jinħeles mill-ħabs

Il-Qorti Suprema Brażiljana vvutat biex tbiddel sentenza dwar il-priġunerija ta’ kriminali, deċiżjoni li tista’ twassal biex l-ex President Luiz Inacio da Silva jinħeles mill-ħabs.

Id-deċiżjoni tgħid li l-kriminali għandhom jintbagħtu l-ħabs wara d-deċiżjonijiet mill-Qorti tal-Appell. Dan jista’ jwassal għall-ħelsien ta’ eluf priġunieri, inkluż lill-eks President Lula. Huwa mexxa lill-Brażil bejn l-2003 u l-2010, iżda ntbagħat il-ħabs is-sena li għaddiet. Lula da Silva kien il-favorit li jirbaħ l-aħħar elezzjoni presidenzjali iżda ntbagħat il-ħabs wara li kien implikat f’każ ta’ korruzzjoni kbir. Dan wassal biex il-kandidat lemini Jair Bolsonaro jirbaħ b’mod komdu l-elezzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fin-Niġerja, investigazzjoni minn task force dwar l-annimali selvaġġi wasslet biex skopriet każ fejn iljun kien qed jintuża biex jagħmel l-għassa ma’ dar privata. L-awtoritajiet Niġerjani qalu li d-dar li kien…

Barranin

Irjiħat qawwija żiedu mal-pjaga ta’ nirien li għaddeja minnu l-Awstralja bħalissa, hekk kif dawn waslu biex il-Belt ta’ Sydney, titgħatta għal kollox bi dħaħen perikolużi. Fil-fatt, kellhom jinħarġu twissijiet dwar…

Barranin

Xufier ta’ trakk u tifla ta’ ħmistax-il sena mietu filwaqt li għadd ta’ persuni ndarbu hekk kif iġġarraf pont li jagħti għal belt żgħira f’żona turistika popolari fil-Lbiċ ta’ Franza….

Barranin

Franza rritornat lura x-xabla tal-mexxej Omar Saidou Tall lis-Senegal. Din ix-xabla tmur lura għas-seklu 19 l-għaliex kienet tappartjeni lill-akkademiku u mexxej Afrikan Saidou Tall, li kien il-moħħ wara r-rewwixta kontra…

Aktar