Barranin
Deċiżjoni imminenti mill-Isvezja dwar Julian Assange

Fl-Isvezja, il-prosekuzzjoni se tikkonferma jekk hix se terġa’ tiftaħ inkjesta fuq allegazzjonijiet dwar abbuż sesswali allagetament imwettaq mill-kofundatur ta’ Wikileaks, Julian Assange.

Assange, li qed jiċħad kull akkuża, s’issa rnexxielu jevita l-estradizzjoni lejn l-Isvezja għal dawn l-aħħar seba’ snin wara li kien ilu jgħix fl-ambaxxata tal-Ekwador f’Londra mill-2012.

Madankollu, ix-xahar li għadda, Julian Assange tkeċċa mill-ambaxxata u ngħata sentenza ta’ 50 ġimgħa ħabs fuq ksur ta’ kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja.

L-Istati Uniti wkoll qed tesiġi l-estradizzjoni ta’ Assange mir-Renju Unit fuq l-allegat rwol tiegħu fil-mod kif fl-2010 kienu żvelati dokumenti militari u diplomatiċi sensittivi.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Fir-Renju Unit telgħu għal tmienja l-politiċi s’issa, li daħlu fit-tellieqa biex jieħdu post Theresa May bħala Mexxej tal-Partit Konservattiv wara li ħabbret li se tirriżenja fi żmien ġimagħtejn oħra. Il-mexxej…

Barranin

21 stat membru tal-Unjoni Ewropea llum qed jivvotaw biex jeleġġu l-ewroparlamentari li se jirrapreżentaw lill-pajjiżhom fil-Parlament Ewropew. Il-Ħamis ivvutaw l-Olanda u r-Renju Unit li kellu jipparteċipa f’dawn l-elezzjonijiet minħabba li…

Barranin

Fir-Renju Unit bdiet it-tellieqa għall-mexxej tal-Partit Konservattiv li jmiss, wara li lbieraħ, Theresa May ħabbret li se tirriżenja x-xahar id-dieħel. Din l-elezzjoni mhux se tirriżulta biss f’mexxej ġdid tal-partit, imma…

Barranin

Mill-inqas 8 persuni ndarbu wara li pakkett suspettat b’bomba sploda fiċ-ċentru tal-belt Franċiża ta’ Lyon. Lyon hi t-tielet l-ikbar belt fi Franza. Il-Pulizija ssiġillaw ix-xena tal-inċident u bħalissa fuq il-post…

Aktar