Lokali
Dehra aħjar għall-faċilitajiet tal-films fir-Rinella

Il-faċilitajiet tal-films fir-Rinella se jingħataw dehra aħjar b’xogħlijiet ta’ manutenzjoni li se jtejjbu l-infrastruttura tal-faċilitajiet. Fl-istess waqt, f’intervista ma’ TVM l-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, qal li l-inċentivi fiskali mħabbra fil-budget għandhom jattiraw aktar films u produzzjonijiet lejn Malta.

Il-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, qal li Malta għandha tkun iktar attraenti għal produtturi tal-films bl-inċentivi li tħabbru fil-budget.

Waqt żjara fil-faċilitajiet tar-Rinella, il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi qal li saret analiżi tal-inċentivi kollha li din l-industrija għandha f’pajjiżi Ewropej. Qal li dan wassal lill-Gvern biex iżid l-inċentivi biex Malta tkun iktar kompetittiva fl-industrija tal-films.

Il-Kummissarju tal-Films, Johann Grech, qal li din kienet sena oħra tajba għall-industrija u żied jgħid li qed ikollu taħditiet dwar produzzjonijiet oħra li jistgħu jiġu Malta fix-xhur li ġejjin.

Il-Kummissarju tal-Films, Johann Grech qal li ”fl-aħħar tliet snin l-industrija tal-films ħalliet ‘il fuq minn mitejn miljun fl-industrija, hija industrija li jaħdem magħha kulħadd… mhux biss il-film crew ili jaħdmu on set or behind set imma l-lukandi, ir-ristoranti, ix-xufiera tat-taxis, l-electricians, tal-ħjata, mastrudaxxi…. kulħadd jaħdem f’din l-industrija u għalhekk il-Gvern huwa kommess li jkompli jsaħħaħ l-industrija tal-films f’Malta.”

Il-Ministru Konrad Mizzi qal li l-Gvern huwa kommess li jsaħħaħ l-investiment fl-industrija tal-films anke bit-titjib fl-infrastruttura fl-inħawi tar-Rinella. B’rabta ma’ dan, il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg qal li x-xogħlijiet ta’ tisbiħ jinkludu tarmak ġdid fit-toroq b’investiment ta’ nofs miljun ewro.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-mexxej tal-Partit Demokratiku, Dr. Godfrey Farrugia, iddeċieda li joħroġ għall-elezzjoni tal-Parlament Ewropew. Meta ħabbar it-tliet kandidati tiegħu, il-PD kien indika li dawn in-nomini kienu finali, u li ma kinux se…

Kronaka

Qed issir tfittxija għal Mary Muscat li ġiet irrappurtata nieqsa fit-18 t’April 2019 għall-ħabta tat-15:00. Hija dehret l-aħħar nhar is-17 t’April 2019 għall-ħabta tal-23:35. Mary Muscat tbati bid-Dimenzja. Kull min…

Reliġjon

Tmien adulti minn seba’ pajjiżi differenti se jirċievu s-sagramenti tal-bidu tal-ħajja nisranija mill-Arċisqof, Monsinjur Charles J. Scicluna, illejla, waqt iċ-ċerimonja tal-Vġili tal-Għid fil-Konkatidral ta’ San Ġwann. Iċ-ċelebrazzjoni tal-Vġili tal-Għid se…

Kronaka

Karozza tat-tip Mitsubishi Shogun qalbet mutur tal-pulizija fil-Ħamrun. Il-Pulizija qalet li dan ġara wara li l-pulizija waqqfu ġuvni ta’ 24 sena minn Ħal Tarxien iżda dan ma koperax, irreżista u…

Aktar