Qorti
Dehra aktar ordnata fil-Monument tal-Assedju l-Kbir b’memorja ta’ Caruana Galizia

Il-monument tal-Assedju l-Kbir, fejn jitqiegħdu tifkiriet tal-ġurnalista maqtula Caruana Galizia, fuq ordni tal-Qorti issa għandu dehra aktar ordnata.

Il-Qorti rrakkomandat li fil-mod u manjiera li jsiru l-protesti, għandha tinżamm il-kura, ir-responsabbiltà, ir-rispett u s-sensivittività lejn il-monument u ż-żona tal-madwar.

Mat-tliet figuri tal-monument u l-pedestall abjad m’għandhomx jitqiegħdu oġġetti. Dan, skont il-Qorti biex jitħares il-monument ta’ wirt storiku.

Il-Qorti qalet ukoll li m’għandhux ikun eskluż ħolqien ta’ sit alternattiv fl-istess inħawi.