Kultura
Dehra ġdida għan-niċċa tal-Madonna tal-Karmnu f’Raħal Ġdid

In-niċċa ddedikata lill-Madonna tal-Karmnu f’Raħal Ġdid ħadet ir-ruħ wara li tlestew ix-xogħlijiet ta’ restawr li sarulha mid-Direttorat tar-Restawr bl-Iskema ta’ Xogħlijiet ta’ Restawr għall-Kunsilli Lokali.

Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici qal li s’issa, total ta’ 21 lokalità bbenefikaw minn din l-iskema fejn postijiet storiċi lokali, bis-saħħa ta’ din l-iskema, qed isiru aktar aċċessibbli għal kulħadd.

Ix-xogħol tal-ġebel kien f’kundizzjoni pjuttost tajba, iżda b’żebgħa mqaxxra f’ħafna postijiet, bi ħmieġ bioloġiku u deterjorazzjoni limitata f’xi postijiet.

Barra minn hekk, is-sistema ta’ dawl li ġiet installata madwar in-niċċa għamlet dannu fuq xi xogħol tal-ġebel fil-proċess u għalhekk, ir-restawr kellu jindirizza d-danni u d-deterjorament. L-ewwel fażi tal-intervent rat it-tneħħija bil-galbu tal-wires u l-bozo fejn partijiet nieqsa
tal-ġebla ġew imqiegħda wkoll.

Ix-xogħol taż-żebgħa fuq in-niċċa, statwa u t-tiżjin ta’ madwar tneħħa bil-galbu biex jiġu esposti d-difetti ta’ taħt. Wara li tlesta r-restawr, l-istatwa ġiet miżbugħa mill-ġdid bl-istess skema ta’ kuluri b’żebgħa b’bażi tal-acrylicminħabba li din għandha saff protettiv li joħroġ aħjar id-dettalji dekorattivi tal-pedestall.

Aħbarijiet Oħra
Xjenza

Min jirnexxielu jqum fis-sigħat bikrin ta’ filgħodu jista’ jitpaxxa b’xena mhux tas-soltu fis-smewwiet. Il-kometa C/2020 F3 Neowise bħalissa qed tidher ċara jekk wieħed iħares lejn ix-xefaq fil-lvant ta’ Malta. L-astrofiżiku…

Kronaka

Mara Franċiża ta’ 63 sena li tgħix Ta’ Xbiex weġġgħet gravi wara li ġiet milquta minn vettura fil-Gżira lbieraħ. Il-Pulizija kienet infurmata bl-inċident fi Triq ix-Xatt għall-ħabta tas-12.45 ta’ wara…

Kronaka

Xufier ta’ trakk għal xi ħin spiċċa maqbud ġol-vettura wara li nqaleb biha dalgħodu. L-inċident seħħ għall-ħabta tad-9.00am fil-Magħtab, meta x-xufier kien qed isuq trakk tal-għamla Suzuki Iveco. TVM infurmat…

Kronaka

Raġel ta’ 44 sena minn Birżebbuġa weġġa’ gravi wara li ġie milqut minn vettura lbieraħ. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.30 ta’ filgħaxija fi Triq il-Korp tal-Pijunieri. Il-Pulizija tad-Distrett marru fuq il-post…

Aktar