Lokali
Delegati minn pajjiżi differenti jiddiskutu l-futur tal-mużewijiet fil-Muża

Il-Kummissarju Ewropew responsabbli mill-Kultura Tibor Navracsics faħħar l-impenn ta’ Malta għal kif ittrasformat berġa antika tal-kavallieri f’Mużew Nazzjonali tal-Arti Kontemporanja. Il-Kummissarju Navracsics kien fost il-mistiedna tal-konferenza annwali organizzata min-Network tal-Organizzazzjijiet tal-Mużewijiet Ewropej li saret fil-mużew tal-arti, MUŻA u li matulha ġie diskuss il-futur tal-mużewijiet.

Fl-aktar mużew ġdid tal-arti kontemporanja fl-Ewropa – il-MUŻA – 180 delegat minn 38 pajjiż Ewropew bdew jiltaqgħu biex jiddiskutu l-futur u l-impatt tal-mużewijiet meta jikkoperaw ma’ setturi oħrajn.

Għall-konferenza ta’ tliet ijiem organizzata min-Network tal-Organizzazzjijiet tal-Mużewijiet Ewropej, il-Kummissarju Ewropew għall-Edukazzjoni u l-Kultura, Tibor Navracsics qal li l-mużewijiet m’humiex xi ħaġa tal-passat iżda għandhom sehem importanti fis-soċjetà għax fihom hemm teżori kulturali u pjattaforma għall-ġenerazzjonijiet futuri.

Qal li għalhekk jeħtieġ li l-mużewijiet jużaw it-teknoloġija biex joffru esperejenza aktar ħolistika, waqt li spjega kif il-Kummissjoni Ewropea tinsab impenjata tindirizza n-nuqqas t’apprezzament li għandhom ħafna żgħażagħ Ewropej għall-kultura u l-binjiet storiċi.

Tibor Navracsics qal “what we have to address immediately is the relative ignorance and passivity of the young people. We have to mobilise them and involve them and have to make them committed to our future issues and causes.”

Il-Kummissarju Ewropew qal li l-inizjattiva tal-Gvern Malti mħabbra fil-Budget biex studenti akkumpanjati minn żewġ adulti jidħlu fil-mużewijiet mingħajr ħlas tkompli tqanqal u tkattar l-apprezzament kulturali.

Tibor Navracsics qal “the essence of this initiative is to highlight the fact that museums and culture is not only purely cultural or leisure time activity but also educational and can contribute to much bigger thing – social cohesion but also European Identity as well.”

Is-Segretarju Ġenerali tan-Network, Julia Pagel, qalet li l-MUŻA ntgħażel bħala s-sit għal din il-konferenza għax għandu valur kontempranju u komunitarju.

Julia Pagel qalet “which means your’re inviting the community, citizens, to be part of this museum and use the museum as space to live with and to act with and also give a platform for people to exchange. I think this is very important especially nowadays when public spaces are shrinking”

Il-Ministru għall-Kultura, Owen Bonnici għamel referenza għall-impenn tal-awtoritajiet Maltin biex jippriżervaw il-patrimonju Malti fosthom bi programmi estensivi ta’ restawr f’postijiet storiċi bħal Forti Sant Anġlu u Sant Iermu, bl-għajnuna ta’ fondi tal-Unjoni Ewropea.

Aħbarijiet Oħra
Kultura

Statwa tal-Madonna li kellha tagħmel il-wisa’ għall-proġett tal-Kappara se tirritorna fl-inħawi f’niċċa ferm isbaħ. Ix-xogħol fil-ġebla miexi ġmielu bil-għan li fi żmien tliet xhur, fil-ġenb tal-pont ikun hemm niċċa monumentali…

Politika

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, allega li l-ħaddiema barranin qed jaħdmu b’kundizzjonijiet anqas mill-prekarjat. Waqt attività politika f’Tas-Sliema bħala parti mill-Kunsill Ġenerali, Dr Delia qal li l-Gvern qed…

Qorti

Raġel Malti talab lill-Qorti tal-Familja tagħtih il-kustodja ta’ bintu ta’ 4 snin li spiċċat tgħix fi sptar mentali fl-Iżvizzera flimkien m’ommha. Il-Qorti semgħet kif l-omm, li hija Ġermaniża, kellha problemi…

Unjoni Ewropea

Il-Gvern ħabbar li nnomina tliet kandidati għall-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, hekk kif it-terminu tal-Imħallef Vincent A. De Gaetano se jiġi fi tmiemu lejn l-aħħar ta’ Settembru ta’ din is-sena. Fi…

Aktar