Lokali
Delegazzjoni mill-Ġappun se żżur Malta biex tara dak li qed nagħmlu fil-qasam tal-blockchain – PM

Il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq dwar l-importanza li tisseddaq il-koperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea u l-pajjiżi tal-Ażja. Fis-summit tal-ASEM fi Brussel, Dr Muscat tkellem dwar ir-relazzjonijiet produttivi li Malta żviluppat ma’ wħud mill-pajjiżi tar-reġjun fosthom iċ-Ċina u l-Ġappun. F’kumment lil TVM, il-Prim Ministru qal li dak li għamlet Malta fil-qasam tal-blockchain qanqal l-interess tal-Gvern Ġappuniż li ser jibgħat delegazzjoni Malta biex tara l-ħidma li saret f’dan il-qasam.

Jumejn ta’ taħdidiet fi Brussell bejn 51 mexxejja mil-Ażja u l-pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea, fosthom Malta fittxew li jkomplu jiżviluppaw relazzjonijiet stabbli fis-summit tal-Asen li jiltaqa’ kull sentejn. Meqjusa flimkien bħala ġganti b’saħħa ekonomika kbira, iż-żewġ blokki bejniethom jiffurmaw nofs il-popolazzjoni tad-dinja.

“L-Ewropa u l-Ażja : Sħab Globali għall-Sfidi Globali” hija t-tema li ntagħżlet għas- summit tal-mexxejja minn 51 pajjiż Asjatiku u Ewropew magħruf bħala l-ASEM. Għal aktar minn 20 sena, l-ASEM baqgħet l-aktar sħubija komprensiva bejn l-Ażja u l-Ewropa, li qed tgħaqqad liż-żewġ kontinenti.

Is-summit saħaq fuq il-bżonn li l-isfidi globali ikunu indirizzat b’sistema ordnata  bbażata fuq ir-regoli u l-valuri tal-kooperazzjoni multilaterali. Diskussa ukoll il-konnettività bejn l-Ewropa u l-Ażja u l-iżvilupp tar-relazzjoni f’qafas regolat.

Fid-diskors tiegħu fis-summit, il-Prim Ministru Joseph Muscat saħaq  fuq l-importanza tal-kontinent Ażjatiku u l-bżonn li kulħadd ikun lest li jilqa’ bidliet anke jekk dawn joffru sfidi.  Semma’ kif Malta hi min ta’ quddiem nett li ħolqot qafas ta’ regolamentazzjoni għat-teknoloġija tal-Blockchain li qal ser tgħin pajjiżi u kumpaniji jorganizzaw id-data tagħha aħjar minn qatt qabel. Dr Muscat semma’ li Malta żviluppat relazzjonijiet produttivi ħafna ma’ bosta pajjiz fl-Ażja, fosthom iċ-Ċina, Singapur u l-Ġappun.

Il-Prim Ministru Joseph Muscat qal “fil-jiem illi ġejjin stess se jkollna delegazzjoni mill-Gvern Ġappuniż li se jkun qegħdin Malta sabiex jaraw b’mod speċifiku x’qed nagħmlu fuq il-blockchain u ġew wara li ż-żjara li jien għamilt f’Tokjo ftit tal-ġimħat ilu. Illum stess erġajt tkellimt fuq hekk ukoll mal-Prim Ministru Shinzo Abe”.

Il-Prim Ministru Muscat tkellem ukoll dwar it-tranżizzjoni għall-ekonomija diġitali, li ġabet magħha rivoluzzjoni digitali u li ħolqot kwistjonijiet mingħajr preċedent li jeħtieġ li jiġu indirizzati. Qal li l-aktar element kruċjali huwa l-Intelliġenza Artifiċjali.

Il-Prim Ministru qal “il-mod kif dal-qasam qed jiżviluppa u l-mod ta’ kif irridu nħarsu biex nirregolawh u noħolqu qafas regolatorju li jattira aktar investiment jattira aktar intetess lejn pajjiżna b’mod pożittiv li l-ekonomija tagħna tkompli tikber u tikber b’mod sostenibbli “.

Is-Summit li jmiss tal-ASEM ta’ sentejn oħra se jitlaqqa’ fil-belt kapitali tal-Kambodja, Phnom Penh.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fi tmiem laqgħa li damet għaddejja aktar minn ħames siegħat, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal lill-ġurnalisti barra id-Dar Ċentrali li l-laqgħa tal-grupp parlamentari kienet waħda kostruttiva u li fiha…

Kronaka

Tilef ħajtu fl-Isptar Mater Dei, il-ħaddiem żagħżugħ ta’ 23 sena mill-Mali, li l-Ħamis tal-ġimgħa l-oħra waqa’ għoli ta’ madwar 4 sulari fil-bini tal-iskola l-ġdida tal-Qawra. L-inċident seħħ meta nqasmet tavluna…

Lokali

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia deher dieħel id-Dar Ċentrali għal-laqgħa kruċjali tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista. Huwa kien milqugħ minn xi partitarji Nazzjonalisti. Mistoqsi minn TVM, Adrian Delia qal li mhux se…

Aktar