Politika
Delia jallega manuvri minn nies fil-PL u l-Gvern biex jattakkawh u jintimidawh

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li ħadd mhu se jirnexxielu jirrikattah, jheddu, ibeżżgħu jew isikktu milli jkompli jiġġieled il-korruzzjoni. Dr Delia rrefera għar-rapport fit-Times of Malta dwar messaġġi fuq Whatsapp li għaddew bejnu u Yorgen Fenech u allega li dawn huma manuvri minn nies fil-Partit Laburista u l-Gvern biex jattakkawh u jintimidawh.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista, Adrian Delia, qal li nies fil-Partit Laburista u l-Gvern qed jagħmlu dak li allega li huma manuvri biex jattakkawh.

Dr Delia rrefera għar-rapport tat-Times of Malta li juri messaġġi bejnu u Yorgen Fenech wara li sar magħruf li hu s-sid tal-kumpanija 17 Black. Dr Delia qal li dawn huma tentattivi biex jiġi intimidat ħalli ma jkomplix jiġġieled il-korruzzjoni. Il-Kap Nazzjonalista qal li ħadd mhu se jirnexxielu jirrikattah, jintimidah, ibeżżgħu jew isikktu biex ma jkomplix jagħmel xogħlu. Dr Delia tenna li sal-lum la l-Pulizija u lanqas l-FIAU ma bagħtu għalih għax m’hemm xejn fil-konfront tiegħu.

Intervistat fuq il-midja tal-Partit Nazzjonalista, Dr Delia reġa’ tkellem dwar il-kuntratt tat-tliet sptarijiet u qal li ma’ kull ġurnata li tgħaddi l-poplu qed iħallas il-miljun għalxejn. Filwaqt li tenna l-istedina lill-Prim Ministru biex flimkien imorru l-Qorti jħassru l-kuntratt, Dr Delia qal li l-Gvern m’għandux jaċċetta li jħallas lil Steward Health Care €120 miljun fis-sena biex joperaw l-isptarijiet.

Dwar il-proposta biex il-ħaddiema li kienu fuq quddiem nett fil-ġlieda kontra l-imxija jingħataw tlitt ijiem leave żejda, Dr Delia qal li għad ma kellux risposta minn Robert Abela. Il-Kap Nazzjonalista qal li Dr Abela tant hu mifni bil-problemi tal-Gvern li mhux jirnexxielu jiddeċiedi bi trankwillità. Irrimarka li l-Gvern moħħu biss fl-elezzjonijiet interni fil-Partit Laburista u mhux fl-interessi tal-pajjiż.

Il-Kap Nazzjonalista indika li l-Gvern iddeċieda li jwaqqaf l-iskema tal-bejgħ tal-passaporti minħabba l-eżami tal-Moneyval. Dr Delia rrimarka li fil-prinċipju jaqbel mal-programm ta’ residenza li ħabbar il-Gvern u qal li l-Oppożizzjoni se tressaq il-proposti tagħha. Huwa appella lil kulħadd biex jiġbed ħabel wieħed għax il-pajjiż ma jistax jistenna iżjed biex isalva r-reputazzjoni tiegħu.

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Fl-aħħar erbat ijiem mindu tħabbru r-regolamenti l-ġodda tal-attivitajiet tal-massa, inħarġet ittra ta’ twissija lil sittax-il stabbiliment ta’ divertiment mit-taqsima tal-infurzar tal-Awtorità tat-Turiżmu li hi responsabbli li tara li l-postijiet qed…

Edukazzjoni

Id-Dipartiment tal-Edukazzjoni ppubblika linji gwida għall-għalliema u lse’s bi preparamenti għall-ftuħ tal-iskejjel fi tmiem ta’ Settembru li ġej. Il-Ministru għall-edukazzjoni Owen Bonnici qal li filwaqt li l-Gvern huwa kommess li…

Qorti

Raġel ta’ 41 sena ta’ nazzjonalità Spanjola u residenti n-Nadur, Għawdex, ġie akkużat talli lbieraħ fi Triq ir-Rokon, San Lawrenz, Għawdex, ta fastidju sesswali lil ġuvni mingħajr il-kunsens tiegħu. L-akkużat…

Qorti

Raġel ta’ 28 sena min-Nadur tressaq il-Qorti akkużat li lbieraħ għall-ħabta tal-5am f’Għajnsielem qiegħed il-ħajja ta’ ħaddieħor f’periklu u kkaġuna ġrieħi ta’ natura gravi fuq żewġ persuni ta’ 24 u 43…

Aktar