Politika
Delia jgħid li l-vot tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN ma jwassalx biex jitneħħa l-Kap

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia qal li skont l-istatut tal-PN il-vot ta’ sfiduċja li ttieħed kontrih mill-Kumitat Eżekuttiv tal-PN m’għandu ebda konsegwenza.

Fi tmiem laqgħa ta’ seba’ sigħat tal-Kumitat Eżekuttiv tal-PN, f’kumment lill-ġurnalisti barra d-Dar Ċentrali, Dr Delia qal li min ressaq dan il-vot għamel dan biex jagħmel sempliċiment dikjarazzjoni.

Tenna li se jibqa’ Kap tal-Partit Nazzjonalista sakemm iriduh it-tesserati. Qal li l-Kunsill Ġenerali tal-PN anki bl-istatut il-ġdid jgħid li l-vot ta’ fiduċja li sar diġà sena ilu, ma jistax jerġa’ jitressaq.

Qal li min ressaq il-mozzjoni ta’ sfiduċja dan jafu u bħal ma falla l-attentat mal-President tar-Repubblika, dan il-vot ukoll mhu se jwassal għal imkien.

Żied jgħid li l-pass li jmiss għalih hu li jassigura li r-rieda tat-tesserati tkun rispettata mill-istrutturi kollha tal-partit. Mistoqsi jekk wasalx iż-żmien li t-tesserati jerġa’ jkollhom il-possibilità li jikkonfermawh Kap tal-Partit, Dr Delia qal li ironikament ma saret l-ebda talba mit-tesserati.

Mistoqsi dwar il-possibilità li ssir elezzjoni għal Kap ġdid, Dr Delia qal li xi ħadd irid jieħu l-inizjattiva li mhux hu, għax il-vot ta’ sfiduċja li ttieħed mill-Kumitat Eżekuttiv huwa vot intern li ma jwassalx għat-tneħħija ta’ Kap.

Qal li b’li qed jiġri jiddispjaċih għan-Nazzjonalisti ġenwini u għat-tesserati u għall-fatt li fil-Partit Nazzjonalista, għadu ma tgħallimx kulħadd li jekk mhux se nirrispettaw ir-rieda tal-poplu allura verament m’aħna se nagħmlu ebda progress.

Isma l-kummenti kollha tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia hawn taħt.

Ara wkoll:

Adrian Delia sfiduċjat ukoll mill-Kumitat Eżekuttiv tal-PN

Aħbarijiet Oħra
Lokali

Dr Lydia Abela, il-mara tal-Prim Ministru, ippreżentat total ta’ €8,000 f’donazzjonijiet li nġabru waqt l-ewwel edizzjoni ta’ ‘A Night at the Palace’, lill-għaqdiet li jaħdmu favur id-drittijiet tal-annimali. Waqt li…

Agrikultura

L-istaġun tal-ħsad tal-għeneb għall-għasir infetaħ mill-Ministru għall-Agrikoltura Anton Refalo, fil-preżenza tal-produtturi tal-inbid Malti. Il-Ministru qal li l-inbid Malti huwa wieħed ta’ kwalità għax l-industrija aġġornat maż-żminijiet. Id-Direttur tad-Direttorat tal-Agrikoltura Saviour…

Lokali

Ġie inawgurat uffiċjalment il-proġett ta’ tour virtwali fil-Katidral ta’ San Pawl fil-Belt Valletta. Dan il-proġett, mgħejjun mill-Awtorità Maltija għat-Turiżmu, inħoloq matul il-pandemija tal-COVID-19 bil-ħsieb li l-katidral xorta waħda jiftaħ il-bibieb…

Storja

Heritage Malta għadha kif fetħet tliet siti ta’ importanza storika li jinsabu f’qiegħ il-baħar biex issa l-aġenzija għandha 15-il sit marittimu b’importanza arkeoloġika. Is-siti huma B-24 bomber Liberator Amerikan li…

Aktar