Lokali
Delia jippreżenta proposti kif jista’ jkompli jmexxi lill-PN

Fi tmiem laqgħa mqanqla tal-eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista li intemmet għall-ħabta tal-11.10pm., il-Kap tal-Partit Adrian Delia qal li hu għamel 10 proposti dwar it-tibdiliet li jeħtieġ il-Partit biex jimxi ‘il quddiem. Qal li il-proposti, li se jippreżentahom illum waqt il-laqgħa tal-grupp parlamentari li se jitlaqqa fis-7pm, jinkludu l-involviment akbar taż-żgħażagħ, tad-deputati, tas-soċjetà ċivili, u għall-konvenzjoni nazzjonali fost oħrajn. Qal li dawn jingħaqdu ma proposti oħra li tressqu illum li għoġbuh ukoll.

Mistoqsi jekk kellux sejħiet biex jirriżenja, fl-isfond ta’ għajjat li instema waqt il-laqgħa fosthom “imisskom tistħu,” Dr Delia qal li ma kellux, waqt li żied li ma kien hemm ebda riżenja mill-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit. Huwa naqas milli jgħid x’ġie diskuss fil-laqgħa billi qal li dawk għandhom jibqgħu fil-magħluq.

Dwar rapporti fil-media li xi deputati tawħ ultimatum biex jiddeċiedi il-futur tiegħu fit-tmexxija tal-partit, huwa qal li mhux se jikkumenta fuq affarijiet diskussi wara bibien magħluqa u li min iwassal informazzjoni ta’ dak li jkun diskuss f’laqgħa interna ikun qed jiżbalja. Kompla li l-Partit Nazzjonalista jeħtieġ ħafna tibdiliet, u waqt li s-sitwazzjoni mhix faċli jeħtieġ li jkun hemm diskussjoni libera u serja.

Intant, ħadd mill-membri l-oħra tal-Kumitat Eżekuttiv ma ta kummenti lill-ġurnalisti wara li intemmet il-laqgħa.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Is-Servizz tas-Sigurtà Malti għandu taqsima apposta dedikata għall-ġbir ta’ informazzjoni rilevanti għall-investigazzjonijiet dwar il-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia. Dan joħroġ mir-rapport annwali tal-Kumitat Nazzjonali tas-Sigurtà għas-sena li għaddiet fejn jingħad…

Teknoloġija

Il-kumpanija tat-telekomunikazzjoni Melita nediet ċentru ġdid tad-data kif ukoll pjattaforma tal-Internet of things. Permezz ta’ din it-teknoloġija, numru ta’ oġġetti fid-dar jistgħu jiġu mqabbda mal-internet biex jiġu kkontrollati minn fuq…

Politika

Fil-Belt l-għaqdiet Repubblika u Occupy Justice organizzaw protesta fejn talbu li l-parlamentari jwarrbu lil Joseph Muscat minn Prim Ministru, jekk dan ma jirriżenjax minn jeddu.  Qalu li l-Prim Ministru missu…

Lokali

Għall-ewwel darba, l-Ungerija għandha preżenza diplomatika permanenti f’Malta permezz ta’ konsolat fil-Belt Valletta. Fl-inawgurazzjoni, il-Ministru tal-Affarijiet Barranin u l-Kummerċ tal-Ungerija qal li pajjiżu qed jappoġġja l-kandidatura ta’ Malta biex tiġi…

Aktar