Kronaka
Dennis Falzon ir-raġel li nstab mejjet viċin Kemmuna

Dennis Falzon huwa r-raġel li nhar il-Ħadd li għadda nstab mejjet viċin Kemmuna.

Żewġt aħwa li marru ġurnata jistadu bejn il-bajja ta’ Santa Marija u l-bajja ta’ San Niklaw fuq Kemmuna, intemmet fi traġedja għal familja Mostija.

Dennis Falzon ta’ 67 magħruf bħala tal-‘Frixa’ mill-Mosta ttella’ mejjet mill-baħar wara li waqa’ minn fuq il-blat. Il-Pulizija kienu infurmati bil-bidu tal-każ is-Sibt ftit qabel il-ħdax ta’ filgħodu, meta sar rapport li ntlemaħ ġisem ta’ persuna fil-baħar viċin is-Sikka ta’ Kemmuna. Minnufih bdiet tfittxija mill-ajru mill-Forzi Armati, iżda din irriżultat f’waħda diffiċli minħabba l-baħar qawwi li kien qed jaħkem l-akwati, bit-tfittxija tiġi sospiża mal-lejl.

Wara diversi tfittxijiet, għall-ħabta tal-għaxra tal-Ħadd filgħodu, il-katavru tar-raġel instab u ddaħħal fil-Port tal-Imġarr f’Għawdex.

Ara wkoll:

AĠĠORNAT: Identifikat ir-raġel li nstab mejjet viċin Kemmuna

Aħbarijiet Oħra
Droga

L-Aġenziji li jaħdmu mal-vittmi tad-droga fosthom is-Sedqa u l-Caritas huma tal-fehma li l-użu rikreattiv tal-kannabis m’għandux ikun promoss għax ikattar il-kultura favur l-abbuż tad-droga. Din il-fehma intweriet waqt il-programm Dissett…

Partit Nazzjonalista

Il-President tal-Kunsill Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Kristy Debono qalet fi stqarrija li sabet li 84 mill-200 firma fil-petizzjoni li titlob biex jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali biex jiddiskuti l-ġejjieni tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista huma…

Lokali

Ta’ tnax-il sena sofriet diżabilità minħabba mard u wara ħafna snin ta’ żwieġ kellha tifel bil-kundizzjoni down syndrome. Minkejja l-isfidi, Lorraine Pellicano tgħid li Thomas berkilha ħajjitha u ħerqana li…

Lokali

Meqjusa fost l-ewwel tobba f’Malta li bdiet taħdem bla heda mal-vittmi tad-droga, ħidmet it-tabiba Maria Sciberras tfakkret f’konferenza f’għeluq il-25 sena mit-twaqqif tal-Aġenzija Sedqa u fil-jum internazzjonali kontra l-abbuż u…

Aktar