Politika
Deputat parlamentari Ingliż jinqatel b’daqqiet ta’ sikkina

Id-deputat Konservattiv Sir David Amess miet wara li qala’ daqqiet ta’ sikkina waqt li kien qed jiltaqa’ mal-kostitwenti fil-Belfairs Methodist Church f’Essex.

Il-Pulizja Ingliża arrestat lir-raġel suspettat li ta d-daqqiet lil Sir Amess u temmen li kien waħdu meta kkommetta dan ir-reat.

Sir Amess, li kellu 69 sena, kien ilu deputat tal-Parlmament Ingliż sa mill-1983. Huwa kien missier ta’ ħamest itfal.

Il-qtil tiegħu fakkar lil ħafna f’dak tad-deputat tal-Partit Laburista Jo Cox li nqatlet fis-16 ta’ Ġunju 2016 b’tiri ta’ arma tan-nar u daqqiet ta’ sikkina.