Politika
Deputati tal-Gvern jitolbu lill-Ispeaker jinvestiga diversi ‘leaks’

Il-Ministru Edward Zammit Lewis u l-Whip tal-Grupp Parlamentari Laburista, Glenn Bedingfield, li huma fil-Kumitat Permanenti għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika, talbu lill-Ispeaker tal-Parlament, Anġlu Farrugia, biex jinvestiga diversi ‘leaks’.

Fi stqarrija l-Partit Laburista qal li għal darb’oħra, rapport kunfidenzjali tal-Kummissarju għall-Istandards fil-Ħajja Pubblika dwar il-Ministru Carmelo Abela ġie mxandar qabel kellu jkun diskuss fil-kumitat parlamentari.

Il-PL qal li l-ġurnalist għandu kull dritt li jfittex l-informazzjoni, u n-nuqqas hu ta’ min hu fil-pussess ta’ dan ir-rapport u naqas milli josserva l-proċeduri tal-Kumitat, u sostna li dan il-każ huwa turija ċara kif il-leak huwa attakk fuq il-proċess Parlamentari.