Politika
Deputati tal-PN tal-fehma li jintalab vot ta’ fiduċja

Il-lejl li għadda d-Deputati tal-Partit Nazzjonalisti żammew fommhom sieket fuq l-għatba tad-Dar Ċentrali fi tmiem l-laqgħa tal-grupp Parlamentari. Uħud iżda dehru aktar lesti li jitkellmu dwar dak li għaddej fil-partit fuq il-għatba tal-Parlament waranofsinhar.

Fi kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia, il-laqgħa tal-grupp Parlamentari Nazzjonalista li damet aktar minn ħames sigħat kienet kostruttiva.

Sorsi viċin il-laqgħa li xtaqu li jibqgħu anonimi qalu lil TVM li din ukoll kienet imqanqla u jidher li l-batibekki ma naqsux, tant li x’uħud qalu li kienet iktar imqanqla minn tat-Tnejn meta ltaqa’ l-kumitat eżekuttiv.

Madankollu, kummenti li taw lil TVM wħud mid-deputati waqt li kienu deħlin jew ħerġin mis-seduta parlamentari huma xhieda tal-kurrenti politiċi li għad hemm fil-Partit Nazzjonalista.

Xi deputati li tkellmu privatament ma’ TVM ma tantx dehru impressjonati bl-10 proposti li Dr Delia qal li ppreżenta lill-Eżekuttiv u lill-grupp Parlamentari. Spjegaw li l-proposti jinkludu li biex ikun hemm koordinatur politiku, li ż-żgħażagħ mill-MŻPN u Team Start ikunu involuti aktar u li l-grupp Parlamentari jibda jitlaqqa’ mill-inqas kull ġimagħtejn.

Is-sorsi li tkellmu ma’ TVM ċaħdu rapporti f’mezzi oħra tal-midja li kien hemm xi ultimatum fil-konfront ta’ Dr Delia. Żiedu jgħidu li fost diversi deputati dieħel is-sens li jekk il-partit ser jibqa’ staġnat uħud minnhom jistgħu jispiċċaw jitilfu s-siġġu tagħhom fl-elezzjoni li jmiss.

 

Aħbarijiet Oħra
Saħħa

Studju internazzjonali wera li l-każi li l-kanċer tal-għonq tal-utru qegħdin jonqsu drastikament tant li hu maħsub li din il-marda tista’ tiġi eradikata. Dan huwa grazzi għat-tilqima li tingħata lit-tfajliet kontra…

Tfal

Skont l-aġenzija appoġġ, madwar mitt tifel u tifla ngħataw għall-kura għand foster carers wara talba mill-ġenituri tagħhom stess minħabba li spiċċaw f’diffikultajiet fosthom mard serju jew spiċċaw bla saqaf fuq…

Edukazzjoni

L-edukazzjoni ma tieqafx mal-età obbligatorja! Id-Direttorat tat-Tagħlim Tul il-Ħajja beda jilqa’ applikazzjonijiet mingħand adulti li fis-sena skolastika li jmiss jistgħu jsegwu xi wieħed minn 450 kors, kemm f’oqsma akkademiċi kif…

Kronaka

Il-Pulizija jidher li tinsab viċin li ssolvi omiċidju li jmur lura ħdax-il sena. Il-każ jitratta tfajla li ilha rappurtata nieqsa mill-2008 u minn investigazzjonijiet li saru fl-aħħar jiem irriżulta li…

Aktar