Eurovision
Destiny b’opportunità tad-deheb – tingħata kuntratt ma’ Sony

Il-kantanata Maltija Destiny irnexxielha tikseb kuntratt mal-kumpanija ċelebri tas-Sony bil-popolarità tal-kanzunetta Je Me Casse u t-talent uniku tagħha.

Din ma kinetx l-unika opportunità li kellha l-kantanta fl-aħħar jiem hekk kif bosta kumpaniji kbar fl-industrija tal-mużika kkuntattjawha.

Il-kumpanija Sony tinsab fiduċjuża li Je Me Casse se tkun fost il-favoriti fil-konkors tal-mużika ta’ Eurovision u se tagħmel ħoss mad-dinja kollha.

Min-naħa tagħha Destiny tinsab fis-seba’ sema’ u qalet li din hija ħolma li saret realtà.

Fi ftit ġimgħat biss, il-video ta’ Je Me Casse rawh aktar minn 3 miljun darba u ġie streamed aktar minn 550,000 darba fuq Spotify.