Mużika
Ara: Destiny ir-rebbieħa ta’ ‘X Factor Malta’

Ir-rebbieħa tat-tieni edizzjoni ta’ ‘X Factor Malta’ hija Destiny. B’hekk, fost l-oħrajn, hija se tkun qed tirrappreżenta lill-gżejjer Maltin fil-Eurovision Song Contest li se jsir fil-belt ta’ Rotterdam l-Olanda f’Mejju li ġej.

Destiny kisbet l-aktar ammont ta’ voti mill-pubbliku bil-kanzunetta “He Lives In You”. Liema kanzunetta, Destiny kantatha kontra Justine Shorfid.

Matul is-serata, Kyle inqala’ l-ewwel. Imbagħad, wara għadd ta’ kanzunetti bil-Malti, nqala’ l-grupp F.A.I.T.H.