Lokali
Destiny tirbaħ il-premju OGAE għal din is-sena

Lejlet il-bidu tal-vjaġġ tagħha lejn Rotterdam, il-kantanta Maltija Destiny irnexxielha tirbaħ l-premju għal din is-sena tal-OGAE, l-organizzazzjoni li tiġbor fi ħdan 43 fan club tal-Eurovision Song Contest minn madwar id-dinja. Din kienet l-ewwel darba li Malta rnexxielha tirbaħ din il-kompetizzjoni minn kemm ilha tiġi organizzata din il-kompetizzjoni.

Destiny rnexxielha tikseb 363 punt fejn kienet f’taqtiegħa kontinwa mal-Iżvizzera. Fil-fatt kien l-aħħar fan club li ta l-vot tiegħu f’din il-kompetizzjoni li ta r-rebħa lil Malta f’dan il-poll internazzjonali bil-kanzunetta Je me casse.

L-Iżvizzera kisbet 358 punt, ħames punti anqas minn Malta, waqt li Franza ġiet ikklassifikata fit-tielet post bi 318-il punt.

Fl-ewwel reazzjoni tagħha għal dan ir-riżultat, Destiny qalet li ma setax ikollu bidu aħjar f’dan il-vjaġġ f’ħajjitha.

Ir-riżultat finali kien jinkludi 3,522 vot minn 43 fan club tal-Eurovision madwar l-Ewropa, l-Awstralja u mill-bqija tad-dinja.