Eurovision
Destiny tirbaħ l-ewwel semifinali bi 325 punt

Il-kantanta Maltija Destiny rebħet l-ewwel semifinali tal-Eurovision Song Contest.

Bi 325 punt, li jinkludu l-voti tal-ġurija u tal-pubbliku, il-kantanta Maltija telgħet fil-quċċata tal-klassifika fis-semifinali li sar nhar it-Tlieta li għadda.

Dakinhar hija kienet għaddiet għall-finali flimkien man-Norveġja, l-Iżrael, ir-Russja, l-Ażerbajġan, il-Litwanja, Ċipru, l-Iżvezja, il-Belġju u l-Ukrajna.

Fit-tieni post fis-semifinali tat-Tlieta li għadda ġiet l-Ukrajna b’267 punt.

It-tieni semifinali tal-Eurovision, li sa nhar il-Ħamis li għadda ntrebaħ mill-Iżvizzera b’291 punt.

Ilbieraħ, Destiny ikklassifikat fis-7 post b’255 punt. Hija kisbet it-tielet l-ogħla vot mill-ġurija esperta b’208 punti u 47 punt mit-televoting.

L-Italja rebħet il-Eurovision Song Contest li sar f’Rotterdam l-Olanda bil-kanzunetta Zitti E Buoni kantanta mill-grupp mużikali Måneskin fejn kisbet total ta’ 524 punt. Fit-tieni post ikklassifikat Franza b’499 punt u fit-tielet post ġiet l-Iżvizzera b’432 punt.