Televiżjoni u Radju
Dħul bi ħlas għall-irġiel, in-nisa b’xejn – il-Cafè Riche f’ ‘X’sar minnhom?’ illejla

Illejla ‘X’sar minnhom?’ jissokta bi programm ieħor. Matulu, spazju għall-Cafè Riche. Post lussuż, fejn dahri bosta kienu jmorru jiżfnu jew jaraw xi kummiedja teatrali.

Fost l-oħrajn, jispikka l-fatt li fl-antik il-prezz tad-dħul għall-Cafè Riche kien erba’ soldi għal matul il-ġimgħa u seba’ soldi fi tmiem il-ġimgħa. Prezz, li kienu jħallsuh l-irġiel biss. In-nisa, kienu jidħlu b’xejn.

Illejla wkoll, diskursata mal-attur Mosti Joe Bartolo. Liema mistieden, ħa sehem f’diversi produzzjonijiet kemm teatrali kif ukoll televiżivi bħal ‘Il-Madonna taċ-Ċoqqa’, ‘It-Tfal Jiġu bil-Vapuri’, ‘Rajt Ma Rajtx’ u ‘Sisters’, fost l-oħrajn.

Attur, li ħa pawża mid-drama minħabba mard fil-familja. Madanakollu, kif se jistqarr illejla, b’kuraġġ ta’ sur, Bartolo llum imexxi l-Għaqda Filantropika Razzett tal-Markiż fil-Mosta.

‘X’sar minnhom?’ jixxandar illejla fl-10.05pm fuq TVM.