Parlament
Dibattitu ieħor jaħraq fuq Egrant, deputat imkeċċi wara li nstema’ jidgħi

Id-Deputat Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-inkjesta Egrant, ma qalitx li din mhix tal-Prim Ministru jew ta’ martu, iżda qalet biss li ma nstabx li hija tal-Prim Ministru.

Id-deputat Busuttil kien qed jitkellem fl-aġġornament tal-Kamra tad-Deputati, li kien ikkaratterizzat minn diversi point of orders imqajma mill-membri tal-Gvern, minħabba dak li kien qed jingħad minn Dr Busuttil bi ksur tal-ordnijiet tal-kamra. Id-Deputat Speaker Claudette Buttigieg talbet lid-deputat Busuttil biex ikun kawt fi kliemu.

Id-deputat Busuttil qal li emmen dak li ntqal fuq Egrant minħabba li Daphne Caruana Galizia kienet qalet il-verità dwar il-kumpaniji ta’ Keith Schembri u Konrad Mizzi.

Il-Ministru Chris Cardona qal li l-allegazzjoni tad-deputat Busuttil kienet tbagħbis mal-evidenza, u sfida lid-deputat Busuttil biex jirrepeti l-allegazzjoni barra l-Parlament.

Il-whip tal-Gvern Byron Camilleri talab lill-Ispeaker tieħu azzjoni għax l-Avukat Busuttil implika li l-Prim Ministru kien jaf ta’ min hi Egrant u ma qalx dan lill-Maġistrat Aaron Bugeja. Id-Deputat Speaker aċċettat it-talba ta’ Dr Camilleri u talbet lill-Avukat Busuttil jiċċara kliemu.

Dr Busuttil baqa’ jinsisti fuq l-argument tiegħu u l-whip talab ruling għax Dr Busuttil kien qed jattribwixxi intenzjoni ħażina fuq il-Prim Ministru bi ksur tal-ordnijiet permanenti tal-kamra.

Id-Deputat Edward Zammit Lewis qal li d-Deputat Busuttil qed jinsinwa li l-Prim Ministru xehed falz quddiem il-Maġistrat Bugeja.

Id-Deputat Speaker reġgħet appellat biex Dr Busuttil ma jattribwixxix lil xi Membru Parlamentati b’intenzjoni ħażina.

Dr Busuttil wieġeb li l-libertà tal-kelma hija aqwa mill-Ordnijiet tal-Kamra.

Id-Deputat Speaker issospendiet lid-deputat Glenn Bedingfield u talbitu jiskuża ruħu għax semgħatu jidgħi. Id-Deputat Bedingfield skuża ruħu.

Dr Camilleri qal li Dr Busuttil qed ikompli jikser l-ordnijiet permanenti tal-Kamra minkejja li d-deputat Speaker wissietu u sostna li kellu jiġi sospiż.

Dr Busuttil qal li kburi li jiġġieled il-korruzzjoni.

Aħbarijiet Oħra
Annimali

Is-Segretarju Parlamentari għall-Biedja, Sajd u Drittijiet tal-Annimali Clint Camilleri ħabbar li lbieraħ daħħal abbozz fil-Parlament sabiex ikomplu jiħraxu l-multi fuq moħqrija tal-annimali. Għal darb’oħra l-Gvern ta għotjiet lill-Għaqdiet mhux Governattivi li qed jgħinu…

Lokali

Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li l-ground ginger m’għandux jiġi kkunsmat minħabba li nstab li fih livelli għoljin ta’ Benzo(a)pyrene u ta’ Polycyclic aromatic hydrocarbons….

Lokali

F’nofs ix-xahar id-dieħel il-Gvern se jerġa’ joħroġ il-bonds għall-persuni ‘l fuq minn 62 sena. Intant, f’kummenti lil TVM, il-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna qal li l-Gvern qed jaħseb biex iżid l-ammont…

Trasport

Hekk kif il-preparamenti u l-pjanijiet għall-mina bejn Malta u Għawdex għaddejjin ġmielhom, id-dibattitu dwar it-trasport f’Malta u f’Għawdex ma jonqosx. Waqt il-programm TVAM, id-Direttur ta’ Koncept X, il-Perit Konrad Xuereb…

Aktar