Barranin
Dibattitu jaħraq fil-Parlament Ingliż

Dibattitu mqanqal fil-Parlament Ingliż, fejn il-gvern ta’ Theresa May rnexxielu jgħeleb emendi li ġew proposti mill-House of Lords li kienu jorbtu jdejn il-gvern Ingliz fuq il-pakkett li qed jinnegozja mal-Unjoni Ewropea għall-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea.

In-negozjatur Ingliż, il-Ministru David Davies fil-ftuħ tad-dibattitu wissa li jekk l-emendi u proposti jiġu approvati, ikun qed idgħajfu jdejh fin-negozjati. Bl-emendi, il-Parlament ried li jkollu d-dritt li jagħti direzzjoni lill-gvern Ingliż jekk l-abbozz tal-ftehim mal-Unjoni Ewropea ma jkunx aċċettabbli għalih.

Qabel id-dibattitu, il-Prim Ministru Theresa May tilfet membru tal-kabinett bir-riżenja tas-Segretarju Parlamentari għall-Ġustizzja Philip Lee. Huwa rreżenja minħabba li qal li ma setax ikun parti mill-gvern għax ma jaqbilx mal-mod ta’ kif qiegħed jiżviluppa l-proċess tal-Brexit.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-filmat ta’ żewġ minuti li nfirrex f’ħakka ta’ għajn f’erbat’ijiem rawh iktar minn 60 miljun darba. F’dinja fejn filmati ta’ tbatija, vjolenza u traġedji jduru iktar malajr – spikkat it-tbissima…

Barranin

L-ex Prim Ministru Taljan Silvio Berlusconi iddeċieda li jirritorna fix-xena politika hekk kif ħabbar li se jkun qed jikkontesta l-elezzjonijiet għall-ħatra ta’ Membri tal-Parlament Ewropew. Berlusconi, li huwa l-mexxej tal-partit…

Kurżitajiet

Jekk tixtieq dar għall-villaġġjatura, b’veduti tal-kampanja u l-baħar, m’hemmx għalfejn tmur ‘l bogħod ħafna minn Malta. Il-belt ta’ Sambuca fi Sqallija qed toffri din l-opportunità unika f’tentattiv biex tagħti l-ħajja…

Barranin

Amerikan li huwa wieħed mill-vittmi tal-attakk terroristiku f’lukanda f’Nairobi, fil-Kenja, kien irnexxielu jsalva mill-attakki tal-11 ta’ Settembru fuq it-Twin Towers fi New York 17-il sena ilu. Jason Spindler ta’ 41…

Aktar