Lokali
Diferita d-deċiżjoni fuq ir-rikuża tal-Imħallef Mizzi

Il-każ biex l-Imħallef Antonio Mizzi jirrikuża ruħu milli jisma’ l-appell tal-inkjesta kriminali dwar jekk il-Ministru Konrad Mizzi u ċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith  Schembri kisrux il-liġi tal-ħasil tal-flus meta fetħu l-kumpaniji fil-Panama ġie deferit.

Hekk kif illum kellha tittieħed deċiżjoni dwar ir-rikuża tal-Imħallef ġie deċiż li l-każ ikun diferit għat-3 t’Ottubru.

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien saħaq li l-Imħallef Antonio Mizzi m’għandux jisma’ l-appell. Dan minħabba li huwa r-raġel tal-Membru Parlamentari Ewropew Laburista Marlene Mizzi.

L-appell tressaq mis-seba’ persuni li nfetħet l-inkjesta fil-konfront tagħhom: il-Prim Ministru, Keith Schembri, Konrad Mizzi, is-sidien ta’ Nexia BT Brian Tonna u Karl Cini, l-impjegat ta’ Kasco Limited Malcolm Scerri u l-eksdirettur maniġerjali ta’ Allied Newspapers Adrian Hillman.