Kurżitajiet
Difett fil-Facebook spiċċa jperreċ ritratti privati

Difett li nħoloq fis-software tal-Facebook spiċċa jperreċ mal-pubbliku kollu posts u ritratti li kienu intenzjonati li jinżammu privati jew li jinqasmu biss bejn il-ħbieb.

Awtomatikament Facebook jiftakar l-għażla preċedenti tal-utent u juża din l-għażla fil-post il-ġdida, iżda b’dan id-difett kull post tibda tittellaż bħala pubblika, jiġifieri li jista’ jaraha kulħadd.

Id-diriġenti ta’ Facebook qalu li dan id-difett affetwa posts li ttellgħu fuq Facebook bejn it-18 u t-22 ta’ Mejju, u kull min intlaqat minnha għandu jiġi avżat biex jerġa’ jirrevedi l-posts li tella’ f’dawn il-jiem.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Il-vizzju tal-irġiel li jgħaddu l-urina mal-ħitan tat-toroq huwa komuni f’ħafna bliet, mhux b’inqas f’Pariġi. L-awtoritajiet ta’ din il-belt ippruvaw joħorġu b’soluzzjoni kontra r-riħa u l-iskandlu billi vvintaw pixxaturi fil-miftuħ. Dawn…

Kurżitajiet

L-isptar ta’ Mesa, fl-Ariżona, se jkollu nuqqas ta’ infermiera fit-taqsima tal-ITU hekk kif, 16-il infermeira nqabdu tqal fl-istess żmien u mistennija jixtru kollha bejn ix-xhur ta’ Settembru u Jannar. L-istaff…

Ikel

Restaurant fil-Ġermanja pprojbixxa li jidħlu tfal taħt l-14-il sena wara l-5pm biex l-adulti jieklu fil-paċi. Oma’s Küche, li tfisser il-kċina tan-nanna, ħa din id-deċiżjoni biex il-klijenti li jmorru jieklu, iqattgħu…

Barranin

Id-dilettanti tal-festa ta’ Santa Marija f’Fontanarosa, fl-Italja, spiċċaw bid-dmugħ f’għajnejhom wara li waqa’ u nqasam it-torri tradizzjonali ta’ din iċ-ċelebrazzjoni. Fil-filmat jidhru d-dilettanti tal-festa lejliet Santa Marija, qed jiġbdu t-torri…

Aktar