Barranin
Dimostranti fl-Indja jipprotestaw dwar liġi ġdida fuq l-immigrazzjoni

Id-dimostranti fl-Indja qed jipprotestaw dwar liġi ġdida fuq l-immigrazzjoni. Il-protesti saru vjolenti bi ġlied bejn id-dimostranti u l-pulizija. Bil-liġi ġdida, immigranti, li mhumiex Musulmani, minn tliet pajjiżi b’maġġoranza Musulmana jistgħu jingħataw iċ-ċittadinanza jekk ikunu qed jaffaċċjaw persekuzzjoni reliġjuża. Il-pulizija użat il-gass tad-dmugħ u żammet lid-dimostranti fil-kapitali Delhi hekk kif bdew jagħtu n-nar lix-xarabanks u jinblukkaw it-toroq.

Il-protesti nfirxu għal partijiet oħra tal-Indja, speċjalment fit-Tramuntana u l-Lvant. Kritiċi qed jgħidu li l-liġi hija kontra l-Musulmani, waqt li oħrajn – l-aktar dawk li għixu fuq il-fruntiera – qed jibżgħu li jiżdiedu l-immigranti.

Aħbarijiet Oħra
Barranin

Uffiċjali tas-saħħa Ċiniżi ppubblikaw id-dettalji preliminari tal-iżjed studju estensiv dwar il-coronavirus li stħarreġ iżjed minn sebgħin elf każ tal-virus. Informazzjoni miċ-ċentru Ċiniż għall-kontroll tal-mard u l-prevenzjoni, ic-CCDC sab li iżjed…

Barranin

Mal-10,000 raġel fil-Ġappun niżlu fl-ilma f’kesħa xxoqq il-għadam, f’kompetizzjoni tradizzjonali li tmur lura mal-500 sena. Fil-festival Hadaka Matsuri, l-irġiel jilbsu biss biċċa ċarruta bajda u jinġabru f’tempju biex jilqgħu r-rebbiegħa….

Barranin

Il-kantant ta’ fama mondjali, Sir Elton John, kellu jtemm ħesrem kunċert fi New Zealand, hekk kif tilef leħnu meta kien fuq il-palk. Ilbieraħ Elton John kien qed ikanta f’Auckland bħala…

Barranin

Il-maltempata mlaqqma Dennis, li hija t-tieni waħda li laqtet ir-Renju Unit f’temp ta’ ġimgħa, qed tagħmel ħerba sħiħa f’għadd ta’ postijiet, b’servizzi ta’ trasport imħassra u persuni evakwati minn djarhom….

Aktar