Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

In-Nazzjon fi storja ewlenija turi ritratt tal-ħsarat fis-substation tal-Enemalta tal-Marsa u tgħid li l-Blackout ta’ jumejn ilu kien ilu ma jkun hawn bħala Malta 25 sena.

The Times wkoll b’ritratt tal-ħsarat u bit-titlu ‘il-qtugħ tad-dawl u l-kaos li ġab miegħu seħħ minħabba ‘cable wieħed li kien difettuż. Tgħid wkoll fi storja oħra kif raġel ta’ 49 sena ġie mixli li stupra tifla ta’ tmien snin.

L-Orizzont wkoll turi ritratt tal-ħsarat u tgħid li il-qtugħ tal-provista tad-dawl beda minħabba ‘cable’. Tgħid wkoll li d-dilettanti tal-istilel kellhom xalata bil-blackout. Fi storja separata tgħid kif raġel ġie mixli li stupra tifla ta’ 9 snin.

The Malta Independent wkoll b’ritratt tal-ħsarat u tgħid li kawża tal-qtugħ tad-dawl bosta persuni madwar Malta sofrew ħsarat. Fi storja oħra jngħad ukoll kif il-kumitat tal-festa u il-kultura tal-Imġarr laqmet lil-ex kapillan Fr Emmanuel Camilleri bħala dittatur.