Infrastruttura
Din il-ġimgħa se tinfetaħ it-tielet flyover tal-Marsa Junction

Infrastructure Malta se tiftaħ it-tielet flyover tal-Marsa Junction Project u telimina t-traffic lights li nużaw bħalissa ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata sal-aħħar ta’ din il-ġimgħa.

Ix-xogħol kompla għaddej ġmielu wara li iktar kmieni din is-sena, infetħu l-ewwel żewġ strutturi f’dan il-proġett. It-tielet flyover fil-fatt, kien ippjanat li jitlesta f’Jannar li ġej. L-erba’ flyovers l-oħra imbagħad, li huma ko-finanzjati mill-Unjoni Ewropea, mistennija jkunu lesti sa’ Ġunju tas-sena d-dieħla.

Fi stqarrija Infrastructure Malta qalet li l-ftuħ tat-tielet flyover se jfisser iż-żarmar għal kollox tas-sistema tat-traffic lights ħdejn iċ-Ċimiterju tal-Addolorata, biex ikompli jonqos il-ħin tal-ivvjaġġar għal aktar minn 100,000 persuna li ta’ kuljun jivvjaġġaw minn din il-junction.

Din il-flyover, se tkun qed toħloq konnessjoni diretta bejn Triq Aldo Moro u Vjal Santa Luċija.  Infrastructure Malta bdiet tiksi ż-żewġ korsiji li jgħaddu minn fuqha bl-asfalt il-ġimgħa li għaddiet. Jekk it-temp jippermetti, din il-ġimgħa tlesti l-aħħar xogħlijiet meħtieġa biex tkun tista’ tinfetaħ għall-pubbliku.

Għall-ewwel, il-flyover se tintuża fid-direzzjoni tan-nofsinhar, mill-Marsa lejn Santa Luċija. B’hekk, jingħalqu l-korsiji eżistenti li bħalissa jintużaw għal din ir-rotta biex ikunu jistgħu jitlestew l-erba’ flyovers l-oħra. Meta dawn ikunu lesti wkoll, it-tielet flyover tkun tista’ tintuża fid-direzzjoni tat-tramuntana, minn Vjal Santa Luċija lejn Triq Aldo Moro.

Il-gverta ta’ din il-flyover tinkludi 65 travu tal-konkos li se jiffurmaw rotta ta’ 227 metru, it-tul ta’ żewġ grounds tal-football, minn Vjal Santa Luċija sakemm tingħaqad mal-ogħla parti tal-ewwel flyover fi Triq Aldo Moro, waħda mit-tnejn li diġà qed jintużaw. L-iżjed parti għolja tal-gverta tagħha hija għolja 15.9 metri, jiġifieri aktar minn erba’ sulari u nofs, ’l fuq mill-livell tat-triq.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Mark Anthony Sammut, li kien qed jissemma bħala kandidat għall-elezzjoni ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista, ħabbar li mhuwiex se jikkontesta għal din il-kariga. Fuq Facebook, Mark Anthony Sammut kiteb illi huwa…

Politika

Il-Membru Parlamentari Therese Comodini Cachia ħabbret li mhux se tikkontesta għat-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista. F’kitba fuq il-mezzi soċjali, Dr Comodini Cachia qalet li filwaqt li tinsab konvinta li l-PN għandu bżonn…

COVID-19

Is-Supretendent għas-Saħħa, il-Professur Charmaine Gauci mistennija tindirizza konferenza stampa dwar is-sitwazzjoni tal-Covid-19 f’Malta fis-13:00. Mil-lum, il-Professur Gauci se tibda mill-ġdid tagħti lill-pubbliku rendikont tal-imxija f’pajjiżna kull nhar ta’ Ġimgħa.

Lokali

Il-Prim Ministru Robert Abela u d-Deputat Prim Ministru Chris Fearne mistennija jindirizzaw aġġornament tal-aħbarijiet dwar il-laqgħa u r-riżultati miksuba mal-MCESD. L-aġġornament se jixxandar fuq tvm, tvm.com.mt u l-paġna facebook ta’…

Aktar