Lokali
Din is-sena 43 mara f’Malta fittxet l-għajnuna għall-abort – NGO

Għaqda mhux governattiva Ingliża qalet li minn meta fetħet uffiċċju f’Malta fi Frar li għadda, kien hemm xejn inqas minn 43 mara li marru għandha biex jingħataw tagħrif dwar kif jistgħu jagħmlu abort barra.

L-għaqda Abortion Support Network (ASN) qalet li barra minn hekk kien hemm mijiet ta’ nisa oħra li talbu l-għajnuna biex ikunu jistgħu jixtru pirmli abortivi minn fuq l-internet.

Fi stqarrija l-ASN qalet li dawn il-figuri jixhdu li l-illegalità tal-abort f’Malta ma jwaqqafx lin-nisa milli jirrikorru għalih, iżda sempliċiment jisforza nisa tqal biex isiefru u jfittxu s-servizz barra, waqt li dawk b’inqas finanzi jissograw akkużi kriminali billi jixtru l-pirmli mill-internet jew ipoġġu saħħithom fil-periklu billi jippruvaw itemmu t-tqala waħedhom.

L-għaqda qalet li se tkun qed tingħaqad ma’ attivisti oħrajn fil-mixja favur l-għażla għall-abort li se ssir il-Belt nhar is-Sibt li ġej.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne u d-Deputat Parlamentari Robert Abela huma ż-żewġ kandidati għall-ħatra ta’ mexxej tal-Partit Laburista minflok il-Prim Ministru Joseph Muscat. Ftit wara li ngħalqu n-nomini għal Mexxej…

Temp

L-Uffiċċju Metereoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iwissi b’riħ qawwi sal-lejla. Ir-riħ mill-Majjistral ser ikun qawwi fuq il-Gżejjer Maltin. Din it-twissija tibqa’ fis-seħħ sal-10pm.  

Aktar