Lokali
Din xi tfisser?

Wara s-sensiela ta’ graffiti misterjużi li ntlemħu f’diversi lokalitajiet f’Malta, TVM irċieva dan ir-ritratt ta’ kitba li qanqlet reazzjoni minn min kien għaddej mill-inħawi.

‘Maltese Out’ tinsab miktuba mal-ħajt fi Triq Ħal Qormi, f’Ħal Luqa, qrib l-uffiċini tal-Korporazzjoni għas-Servizzi tal-Ilma.  Mhux magħruf min għamel din il-graffiti u l-motiv tagħha mhux ċar.

Ix-xahar li għadda, ħaddiema mid-Direttorat tal-Indafa u l-Manutenzjoni neħħew bosta graffiti li qed ikerrħu l-ambjent.  Min jinqabad jagħmel il-graffiti jista’ jispiċċa l-Qorti u jeħel multa.

Aħbarijiet Oħra
Politika

Il-Prim Ministru u Mexxej tal-Partit Laburista Joseph Muscat qal li kieku kien għall-Partit Nazzjonalista, 117,000 persuna f’21 lokalità ma kienux ser jivvutaw u ser isiru għax il-Partit Laburista ħareġ aktar…

Lokali

Għall-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali u l-Parlament Ewropew se jikkontestaw 10 persuni b’diżabilità, disgħa għall-kunsilli lokali u wieħed għall-Parlament Ewropew. Il-Kummissarju għad-Drittijiet ta’ Persuni b’Diżabilità, Oliver Scicluna qal dan huwa pass pożittiv…

Lokali

Il-Mellieħa Holiday Centre, li qabel kienet magħrufa bħala d-Danish Village, inawgurat faċilitajiet ġodda li saru b’investiment ta’ €9 miljun. Fl-inawgurazzjoni l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li dan hu investiment ieħor…

Mużika

Mat-300 student illum żaru l-Mużew Nazzjonali tal-Arti l-Muża fil-Belt Valletta biex jiltaqgħu mal-kantanta Michela u fl-istess waqt jiksbu timbru speċjali ta’ Chameleon fuq il-passaport kulturali tagħhom. Fit-tieni attività organizzata mill-PBS…

Aktar