Divertiment
Dirett fuq TVM2: Valletta Pageant of the Seas fis-7pm

Fil-Port il-Kbir, fis-7 p.m. tibda il-Valletta Pageant of the Seas. Fl-ispettaklu se jsiru tlielaq kompetittivi, dimostrazzjonijiet viżwali, spettakli fl-ilma u ċelebrazzjonijiet kkuluriti.

Fl-avveniment organizzat kull sentejn mill-Aġenzija Kulturali tal-Belt , din is-sena se jkun taħt id-Direzzjoni Artistika ta’ Chris Baldwen.

L-ispettaklu li se jixxandar dirett fuq TVM2 u aktar tard fuq TVM, qed jieħdu sehem iktar minn 100 persuna, fosthom numru ta’ komunitajiet lokali fi tlielaq fuq dghajjes u bċejjeċ ohra tal-baħar ddisinjati u maghmula apposta għall-gurnata.

L-ewwel attività kienet Tellieqa Telliqun – tellieqa divertenti fuq cattri maghmulin mill-parteċipanti mingħajr l-użu ta’ mutur jew qdief. Ir-raftijiet huma kollha magħmula minn materjal riċiklat u fuqhom l-parteċipanti iridu jaqsmu mill-Isla sal-Belt. Wara jkun hemm ir-regatta tan-nisa.

Ma nżul ix-xemx, l-atmosfera se tinbidel f’wirja tal-logħob tan-nar u effetti bid-dwal spettakolari. Dan l-ispettaklu se jkun parti mill-ispettaklu imsejjaħ ‘Il-Mappa’, li jiffoka fuq uħud mill-artiġġjani tal-Belt Valletta.

Il-qlugħ ta’ dawn id-dgħajjes ser ikunu qiegħdin jintużaw biex fuqhom jixxandru animazzjonijiet viżwali u mill-istejjer fuq il-qlugħ tad-dgħajjes, se jkunu riflessi l-ġrajjiet u l-valuri tal-Belt.