Teknoloġija
DIRETT: Illum il-World Wide Web jagħlaq 30 sena

Il-World Wide Web illum jagħlaq 30 sena.  F’din l-okkażjoni, is-CERN se jikkommemora dan l-anniversarju b’sensiela ta’ ċelebrazzjonijiet madwar id-dinja, fosthom b’avveniment li qed jixxandar f’dawn il-ħinijiet mal-protagonisti ta’ din l-invenzjoni.

Il-moħħ wara l-WWW Tim Berners-Lee se jkun qed janalizza l-oriġini ta’ din l-invenzjoni, is-sitwazzjoni preżenti u l-evoluzzjoni futura tal-Web.  Dan se jsir f’taħdita li Berners-Lee se jkollu ma’ numru ta’ pijunieri oħra tal-Web, esperti fit-teknoloġija u ħassieba.

Kien fl-1989 meta mil-ikbar laboratorju tal-fiżika fid-dinja, is-CERN, xpruna diversi ideat u żamm minjiera ta’ informazzjoni maħżuna fuq diversi kompjuters.  Tim Berners-Lee kellu viżjoni li jgħaqqad dawn il-kompjuters biex kollha jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni.

F’Marzu tal-1989, huwa kien ippropona dak li sejjaħ ‘Information Management: A Proposal’ li permezz tagħha sal-1991 il-viżjoni tiegħu li jgħaqqad lid-dinja bil-World Wide Web saret realtà.

Segwi x-xandira diretta fuq TVM2 se jitrażmetti mis-CERN dalgħodu mit-8am sal-10.30pm.  Ix-xandira se tkun imtennija għada fl-10pm fuq TVM2 ukoll.

Iktar tagħrif dwar iċ-ċelebrazzjonijiet tat-30 sena mill-World Wide Web tistgħu tiksbuh mis-sit elettroniku tas-CERN li huwa https://web30.web.cern.ch/.

Aħbarijiet Oħra
Partit Laburista

Il-Prim Ministru u Mexxej Laburista, Joseph Muscat qal li l-Kap tal-Oppożizzjoni għandu jitlob inkjesta bil-Maġistrat fuq l-allegazzjonijiet li saru dwaru, li qed jimplikaw li hemm firem foloz tiegħu sabiex ikun…

Kronaka

Mara ta’ 59 sena tinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilfet il-kontroll tal-vettura tagħha. L-inċident seħħ għall-ħabta tal-4am fi Triq Santa Katerina, ix-Xewkija. Minn investigazzjonijiet preliminari illi saru mill-Pulizija tad-Distrett irriżulta…

Lokali

2 persuni ġew arrestati wara li ntlemħu jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza fil-Gżira. Kmieni dalgħodu, għall-ħabta tas-1.55am, il-Pulizija ġiet infurmata li żewġ persuni kienu qed jaġixxu b’mod suspettuż viċin karozza…

Lokali

Stephanie Galea, omm ta’ żewġt itfal miż-Żurrieq hija r-rebbieħa ta’ Mrs Malta 2019. Galea ħadet sehem ilbieraħ filgħaxija fil-konkors Mrs Malta. Fl-ewwel kummenti rringrazzjat lill-familja kollha tagħha li tawha l-appoġġ….

Aktar