Is-Summit Dinji dwar l-Arti u l-Kultura f’Malta

Mal-400 delegat minn tmenin pajjiż jinsabu f’Malta għal Summit Dinji għall-Arti u l-Kultura bit-tema tkun: F’Salib it-Toroq? It-Tmexxija Kulturali fis-Seklu 21.

L-artisti, riċerkaturi u dawk li jfasslu l-politika tal-arti u l-kultura madwar id-dinja jinsabu f’pajjiżna biex jipparteċipaw fis-Summit Dinji għall-Arti u l-Kultura – bil-għan li jippromwovu koperezzjoni internazzjonali u soluzzjonijiet għall-problemi kurrenti.

Iċ-Ċermen tal-Federazzjoni Internazzjonali tal-Kunsilli tal-Arti u Aġenziji tal-Kultura, Stephen Wainwright, qal li das-Summit jipprovdi spazju uniku għall-aġenziji li jappoġġjaw lill-arti u l-kultura biex jidentifikaw strateġiji li jsaħħu dan il-qasam. Wainwright spjega li n-nies jinsabu mħassba b’dak li qed jiġri madwar id-dinja u huma interessati kif l-arti u l-kultura jistgħu jipprovdu soluzzjonijiet għal problemi kumplessi u soċjali.

L-eks Ċerpersin tal-Kumitat Parlamentari Ewropew għall-Kultura u l-Edukazzjoni, Doris Pack enfasizzat il-ħtieġa li nies minn kontinenti differenti jiltaqgħu biex jisimgħu prattiċi pożittivi, inkluż il-ħidma mwettqa mill-Unjoni Ewropea dwar l-industrija tal-films u l-importanza tas-sottotili. “Qed nagħmlu sottotitoli għar-rebbieħa ta’ dan il-premju f’24 lingwa ħalli l-films Ewropej jintlaħqu minn madwar id-dinja.”

Annabelle Stivala, id-Direttur tal-festivals tal-Kunsill Malti għall-Arti spjegat l-importanza ta’ dan is-summit għal Malta. “Ilu ma jsir Summit fl-Ewropa għal seba’ snin u kienet opportunità tajba għall-Ewropej u qed naraw ħafna delegati li attendew għas-summit għall-ewwel darba. Is-sentiment huwa tajjeb ħafna; hawn vibe sabiħa u għandna cultural practioners li qegħdin f’networking il-ħin kollu.”

Is-Summit ta’ tliet ijiem qed jitratta fost oħrajn l-impatt ta’ teknoloġiji ġodda fuq il-produzzjonijiet kulturali, l-isfidi u opportunitajiet f’livell globali, nazzjonali u lokali u l-istennija tal-pubbliku u l-produtturi fl-oqsma tal-arti u l-kultura.

Aħbarijiet Oħra
Ambjent

Il-Wasteserv bdiet il-proċess biex tkabbar il-faċilitajiet tagħha fil-Magħtab. Madwar għoxrin bidwi fl-inħawi li bejniethom għandhom madwar 250,000 metru kwadru ta’ raba’ ġew infurmati li l-Wasteserv qed tikkunsidra li tespropja din…

Kronaka

Raġel ta’ nazzjonalità barranija ġie arrestat wara li allegatament saq fuq uffiċjal tal-pulizija. L-inċident seħħ għall-ħabta tas-17:30 fl-akkwati ta’ Buġibba u ġie arrestat ftit tal-ħin wara fil-Mellieħa. Aktar dettalji fil-ħin…

Lokali

Il-kumpanija Steward Health Care Malta ppreżentat lill-Awtorita tal-Ippjanar applikazzjoni ta’ żvilupp għall-Isptar San Luqa biex fi kliemha jerġa’ jingħata l-ħajja bħala sptar modern li jinkludi aċċessibiltà aħjar għall-ispazji miftuħin u…

Għawdex

Għadha attiva ħafna fuq l-aġenda tal-gvern l-idea li Malta jkollha sistema ta’ metro, tant li l-Ministru Ian Borg ikkonferma ma’ TVM li l-istudju dwar dan jinsab fl-aħħar fażi tiegħu u…

Aktar