Lokali
Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum

Ħarsa lejn l-istejjer ewlenin fil-ġurnali tal-lum, il-Ħadd, 06/05/2018

It-Torċa

Għandha 4 rapporti fuq il-paġna ta’ quddiem.

L-ewwel rapport jgħid li m’hawnx Maltin biex jaħdmu fis-settur tal-ospitalita tant li Job Plus f’negozjati biex jinġabu ħaddiema barranin.

It-tieni rapport jgħid li l-vittmi ta’ abbużi sesswali minn qassisin jappellaw fil-Qorti wara li l-Knisja kienet meħlusa minn dawn l-akkużi.

Rapport ieħor jgħid li mingħajr anonimità inqas donaturi b’riferenza tal-bajd tal-embrijuni.

Rapport ieħor jgħid li l-prezzijiet tal-fjuwils baqgħu l-istess għal 70 ġimgħa.

The Malta Independent

Għandha tliet rapporti fuq il-paġna ta’ quddiem.

Rapport ritratt jgħid li l-Imdina ttieħdet lura għaż-żminijiet Medjavali.

Rapport ieħor jgħid li Darren u Gordon Debono li huma akkużati b’kuntrabandu ta’ fuels ma jistgħux jitilqu mill-Italja.

Rapport ieħor jgħid lid-dikjarazzjoni tal-assi li għamel il-Ministru Konrad Mizzi ma jaqblux ma’ dak li sabet l-FIAU.

Illum

Għandha stħarriġ fejn tgħid li 75% jaraw l-immigranti bħala piż iżda 51% jgħidu li dawn isaħħu l-ekonomija. Jgħid ukoll li 49% jemmnu li l-integrazzjoni hija suċċess imma 63% jaraw l-immigrazzjoni bħala problema.

It-tieni rapport jgħid li raġel Malti ta’ dixxendenza Pakistana nżamm arrestat fuq akkużi li uża dokumenti foloz biex jipprova jakkwista ċ-ċittadinanza.

Maltatoday

Tgħid li kienet mhedda b’azzjoni legali minħabba li ppubblikat informazzoni dwar l-istruttura ta’ kumpanija li skont id-Daphne Project għandha rabtiet mat-tifel tal-Ministru tal-Ażerbajġan u l-Bank Pilatus.

Rapport ieħor jgħid li l-fiduċja fil-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia żdiedet u jinsab fl-ogħla livell s’issa iżda għadu jinsab sew wara Joseph Muscat b’21%.

Il-Mument

Tgħid li l-Gvern jinsab taħt attakk qawwi mill-akkademiċi fl-Università u mill-entitajiet tal-Malti.

Rapport ieħor jgħid li l-Partit Nazzjonalista ser ikollu leħen żagħżugħ tant li ser titressaq mozzjoni biex l-Eżekuttiv jibda jinkludi minimu ta’ 14-il żagħżagħ.

Tgħid ukoll li l-Belt Valletta jirbħu t-Trophy u jtemmu l-istaġun b’double.

Kullħadd

Tgħid lit-tobba Jean Pierre Farrugia u Frans Agius ma xtaqux jidħlu fid-dibattitu dwar l-ivf għax jinsabu irtirati mill-politika iżda qalu li jżommu mar-rapport li għamlu fl-2010.

Rapport ieħor jgħid li l-Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia reġa’ qed jiffaċċja inkwiet intern kbir. Saħanstira qed jissemma mill-ġdid il-vot ta’ fiduċja fil-grupp parlamentari.

Rapport ieħor jgħid li l-gazzetta ser tisvela x’ġara meta fl-aħħar jiem Simon Busuttil u Rosette Thake tellgħu grupp ta’ nisa Brussell minn Occupy Justice.

The Times

Tgħid li l-Grupp Seabank ser jagħmel qligħ kbir minn art pubblika li ngħata mill-Gvern Laburista għal €15-il miljun biss. Jgħid li fil-bidu ser jagħmel aktar minn €120 miljun.

Id-diretturi tal-Bank Pilatus mistennija jieħdu azzjoni legali biex kontra l-Awtorità tas-Servizzi Finanzjarji biex jerġgħu jieħdu kontroll tal-bank.